Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA

PR856
Date Icon 14/06/2002

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jirreferi għad-diskors li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr Alfred Sant hu rrapurtat li għamel lill-ħaddiema li jaħdmu għal rashom fil-Mellieħa, fejn appella biex ikun hemm upgrading ta' inħawi turistiċi.

Jidher li l-arloġġ tal-Mexxej Laburista waqaf fl-1998, meta wara l-elezzjoni ta' Settembru 1998 tilef il-Gvern u mar fl-Oppożizzjoni. Kieku ma kienx hekk, kieku l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ikun jaf kemm sar xogħol ta' tisbiħ f'dawn l-aħħar tliet snin u nofs; u kemm miljuni ġew investiti fi proġetti bħal dawn.

L-Onor. Dr Alfred Sant semma l-perjodu ta' bejn l-1996 u l-1998. Kien fl-1996 li Amministrazzjoni Nazzjonalista, b'investiment ta' madwar Lm2 miljun, biddlet is-sistema tad-drenaġġ f'Marsascala; kif ukoll wessgħet u bniet mill-ġdid il-promenade tul Triq ix-Xatt.

Il-Gvern precedenti ta' l-Onor. Dr. Sant jidher li ma kellu ebda hsieb li jkompli dawn il-progetti, tant li fl-1997 ma kienu allokati l-ebda fondi fil-Budget għal proġetti ta' tisbiħ. F'daqqa waħda nbeda l-proġett tal-Qawra u Bugibba, fejn intefqu qrib iż-Lm2 miljun. Fl-Estimi ta' l-1998, f'paġna 272, Item 17 Qawra/Bugibba Project ma tidher ebda allokazzjoni fl-Estimi għas-sena 1997.

Il-Gvern precedenti ta' l-Onor. Dr. Alfred Sant issokta bil-progett ta' Marsascala u beda dawk ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa. Iżda kienet din l-amministrazzjoni fil-Gvern li wettqet il-parti l-kbira ta' dawn it-tliet proġetti, fejn kellha anke tagħmel tibdil importanti, u bdiet oħrajn f'Tas-Sliema u San Ġiljan.

Il-proġett ta' Tas-Sliema, mifrux fuq kilometru u nofs, hu l-ewwel wieħed li sar b'mod integrat għaliex mhux biss il-promenade inbena mill-ġdid, b'galleriji fuq il-baħar, paviment ġdid li tkabbar b'50 fil-mija, railings u bollards ġodda, ġiebja għall-ilma tax-xita biex ikun hemm ilma għat-tisqija tas-siġar u pjanti, funtani ta' l-ilma għax-xorb, arloġġi kbar, dwal dekorattivi, Public Convenience ġdida u kiosk ġdid f'Fond Għadir. L-istess tip ta' żvilupp qed jitwettaq tul il-promenade ta' San Ġiljan li jagħqad ma' dak ta' Tas-Sliema permezz ta' Ġnien Indipendenza.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura bħalissa qed iwettaq ukoll proġetti ta' tisbiħ fi Triq Wilġa, Paceville; f'San Pawl il-Baħar fejn qiegħed isir il-landscaping tal-ħajt għoli li kien inbena b'mod li ma jaqbilx ma' l-ambjent tal-lokal mill-amministrazzjoni precedenti ta' l-Onor. Alfred Sant; fil-bajja ta' San Tumas, f'Marsascala u fix-Xemxija. Progetti oħra ta' tisbiħ se jibdew jitwettqu f'Birżebbuġa, bejn il-bajja ta' San Ġorġ u t-Torri ta' San Luċjan; Spinola u l-inħawi ta' Paceville.

Il-vot għat-tisbiħ f'dawn l-aħħar snin sar item permanenti fil-voti kapitali tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Vot li juri l-impenn tal-Gvern presenti li jagħti lill-poplu Malti l-isbaħ promenades u bajjiet moderni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow