TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’ - FGURA
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ tal-Fgura minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Gunju sa nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju, 2002. Ma jsirx tigdid nhar is-Sibt 29 ta’ Gunju u fil-Hdud 23 u 30 ta’ Gunju. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tigdid ghar-residenti ta’ Fgura fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.
It-tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern ‘B’ ‘Emanuel Debono Decesare’, Triq il-Kitba. Fic-Centru msemmi jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ Fgura. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita’ taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identita’ prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista’ tigi rtirata aktar ‘l quddiem u ser jinhareg avviz dwar dan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN