Left arrow Go Back

"JUM IL-MISSIER" FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ

PR848
Date Icon 13/06/2002

Bhal kull sena, "Jum il-Missier" qed jigi ccelebrat fir-Residenza San Vincenz de Paul, fejn hemm aktar minn 300 missier residenti.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici ta l-awguri tieghu flimkien ma’ l-isbah xewqat lill-missirijiet kollha, specjalment lil dawk residenti f’San Vincenz, filwaqt li tahom rigali ta' tifkira.

Dr. Mifsud Bonnici qal li huwa dmir tas-socjeta' kollha li anzjani rikoverati f’xi istituzzjoni bhalma hu San Vincenz, ma jhossuhomx wehidhom. Huwa heggeg lil kulhadd, specjalment lil qraba u hbieb ta' dawn ir-residenti sabiex izuruhom ta' spiss matul is-sena kollha.

L-amministrazzjoni ta' San Vincenz de Paul qed taghmel dak kollu possibli u torganizza attivitajiet matul is-sena. Fil-fatt, ghall-okkazjoni ta’ "Jum il-Missier" gew organizzati bosta attivitajiet ta' divertiment li fl-ahhar jispiccaw bil-BAR-B-Q. ghal kullhadd.

Flimkien mas-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici, ghal din l-attivita' tal-lum biex iqassmu r-rigali lill-missierijiet, gew mistiedna wkoll Mrs Katie Gonzi u Mrs Rose Mifsud Bonnici, kif ukoll persuni involuti fil-qasam tax-Xandir, fosthom Rachel Vella (PBS); Andrea Cassar (NET TV); Claire Agius (NET TV); Claudette Baldacchino (Super 1 TV); Sonya Young (RTK); Pamela Hansen (The Times); u Greta Borg Carbott (Independent).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow