Dwar Bini ta’ Vapuri mit-Tarznari ta’ Malta
B’riferenza ghal dak li kompla jigi rrappurtat f’sezzjonijiet ta’ l-istampa lokali, il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jehtieg jiccara dan li gej:
Kif diga’ kien irrappurtat iktar minn darba, l-istrategija tal-Gvern tahseb biex l-operat taz-zewg tarznari (dik ta’ Bormla u dik tal-Marsa) jigu integrati bl-iktar mod effettiv possibli.
Ghal dan il-ghan, inhatar Chairman komuni ghaz-zewg tarznari u bosta mill-funzjonijiet ta’ management illum qed jigu koperti b’mod integrat. Qed jittiehdu passi wkoll sabiex il-haddiema fiz-zewg tarznari jinghataw it-tahrig mehtieg sabiex tizdied il-flessibilita’ u tikber il-produttivita’.
Kompliet ukoll b’mod intensiv il-hidma ta’ marketing sabiex jingieb xoghol gdid ghat-tarznari. F’dan il-kuntest komplew jigu identifikati problemi serji sabiex jintrebhu kuntratti ghall-bini ta’ vapuri kompluti, principalment minhabba l-kompetizzjoni qalila mit-tarznari fil-pajjizi Asjatici.
Minn naha l-ohra, tidher iktar vijabbli l-possibilta’ li jintrebhu ordnijiet ghall-bini ta’ partijiet ta’ bastimenti u ta’ tghamir u strutturi ohra tal-azzar. Dan flimkien ma’ xoghol ta’ konversjoni fuq vapuri u xoghol iehor ta’ tiswija. Din hija il-posizjoni li l-Gvern Malti qed jiehu anki fil-kuntest tan-negozjati ghal shubija fl-Unjoni Ewropeja.
Fl-ahhar mill-ahhar, il-qofol ta’ kollox jibqa l-bzonn ta’ l-implimentazzjoni tal-bidliet mehtiega sabiex tizdied il-produttivita’ u l-efficjenza’ u jitwarrab dak kollhu li jnaqqas mill-flessibilta’ u ghalhekk mill-kapacita’ taz-zewg tarznari, li jkunu ta’ bil-haqq kompetittivi.
Dan ghandhom bzonn it-tarznari taghna u mhux dikjarazzjonijiet li jfittxu biss is-sensazzjonalizmu u l-allarmizmu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN