TWETTIEQ TAL-PJAN GHAL INFRASTRUTTURA B'SAHHITHA GHAL GHAWDEX
Ix-xoghol fi Triq ta' Xhajma fid-dahla tan-Nadur, li kien jikkonsisti fil-bini mill-gdid ta' din il-parti tat-triq, issa jinsab fi stadju avvanzat hafna tant li fil-prezent din it-triq illum hija miftuha ghat-traffiku, wara li minhabba x-xoghol estensiv li kien mehtieg, kellha tinghalaq kompletament ghal madwar 3 gimghat.
Ix-xoghol f'din il-parti tat-triq beda f'Ottubru li ghadda u kien jikkonsisti f'bini ta' retaining wall twil madwar 200 metru li f'xi partijiet kellu jinzel fond ta' aktar minn erba' sulari peress li din it-triq kienet mibnija fuq it-tafal. Ix-xoghol sar kollu f'fazijiet pjuttost zghar minhabba r-residenzi li huma mibnija n-naha l-ohra ta' l-istess triq u minhabba s-servizzi tat-telephones. Dan biex tinholoq l-inqas inkonvenjenza possibbli ghan-nies tar-rahal.
Parti ohra ta' dan il-progett kienet tinkludi l-bini ta' pompa tad-drenagg li ser taqdi lir-residenti ta' parti kbira miz-zona maghrufa bhala Ta' Kenuna, li ilhom minghajr dan is-servizz ghal dawn l-ahhar 20 sena. L-ahhar fazi ta' dan il-progett tinkludi t-tisbih ta' din iz-zona li mistenni jitlesta sa' l-ahhar ta' Settembru. L-ispiza sabiex il-progett kollu fi Triq ta' Xhajma seta' jsehh tlahhaq il-Lm120,000. Iktar kmieni dan ix-xahar tlestiet ukoll it-triq li mill-Ghasri twassal ghar-rahal taz-Zebbug. Ix-xoghol fuq dawn iz-zewg toroq kif ukoll fuq it-triq li tghaqqad lir-Rabat ma' Marsalforn, xoghlijiet li wettaq il-Gvern fit-tishih ta' l-infrastruttura t'Ghawdex matul dawn l-ahhar xhur, ilahhqu spiza ta' madwar Lm250, 000.
Ghalkemm it-twettieq ta' dawn ix-xoghlijiet setghu holqu xi tip ta' inkonvenjent lil sewwieqa li normalment juzaw din it-triq principali biex jidhlu jew johorgu mir-rahal tan-Nadur, il-Ministeru ghal Ghawdex jemmen bis-shih li din it-triq hija ta' prijorita' fit-tishih ta' l-infrastruttura tal-gzira t'Ghawdex.
Bl-istess nefqa ghal din it-triq kien ikun facli iktar li l-Ministeru ghal Ghawdex iwettaq xoghol hafif ta' tqaxxir u ghoti mill-gdid ta' tarmac f'hafna iktar toroq madwar il-gzira. Izda ghaliex nemmnu li x-xoghlijiet iridu jsiru b'serjeta' u kif ghandu jkun allura indirizzajna l-htigijiet propji ta' dawn it-triq u minflok ma ghamilna xoghol li jdum biss ghal ftit snin qed inwettqu hidma konkreta u kif ghandha tkun, liema rizultat se nibqghu ngawduh tul is-snin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN