INTERESS U INVESTIMENT SPANJOL FIT-TURIZMU MALTI
Meta kien qed jindirizza konferenza stampa abbord l-M/V R Five Blue Dream, cruise liner tal-kumpanija Pullmantur Cruises, il-Ministru ghat-Turizmu, l-Onor. Dr. Michael Refalo tkellem dwar l-interess ta’ kumpaniji ewlenin Spanjoli li jinvestu u jmexxu lukandi go pajjizna. Semma’ wkoll iz-zieda ta’ turisti Spanjoli. Il-Ministru heggeg lill-operaturi Maltin u Spanjoli biex jizviluppaw il-potenzjal li jezisti fis-suq Spanjol.
Michael Refalo habbar li bhalissa qed jigi negozjat ftehim bejn il-Ministeru tieghu u dak tal-Ekonomija ta’ Spanja, responsabbli ghat-Turizmu, biex esperti Spanjoli jintbaghtu Malta u jaqsmu l-esperjenzi taghhom ma’ operaturi Maltin dwar kif huma aggustaw ghal bidliet fil-ligijiet u kondizzjonijiet ta’ xoghol li gabet maghha l-ishubija ta’ Spanja fl-Unjoni Ewropeja.
"Dan il-ftehim nibet meta mort Santander ghal-laqgha tal-Ministri responsabbli mit-Turizmu ta’ l-istati membri u kandidati tal-UE; u wara laqghat li kelli mal-Ministri Spanjoli Rodrigo Rato u Costa Climent, li nittama li dalwaqt nilqugh fostna biex naghlqu l-ftehim."
Il-Ministru Refalo qal li Malta talbet l-esperti Spanjoli li la huma akkademici u lanqas ufficjali mill-Ministeru ta’ l-Ekonomija, izda rapprezentanti mis-settur privat, "ghax huma dawn li ghandhom l-akbar esperjenza prattika u diretta dwar kif l-imprizi taghhom addattaw ghal kundizzjonijiet godda hekk kif Spanja saret membru tal-Unjoni Ewropeja."
Il-Ministru Refalo tenna li xtaq li l-operaturi Maltin jisimghu u jaqsmu fehmithom ma’ min ghadda minn esperjenza diretta u mhux ma’ min jaf x’jghidu l-kotba jew segwa l-izviluppi minn wara skrivanija f’Ministeru.
"Irrid li l-operaturi Maltin jisimghu u jsiru jafu aktar dwar x’issarraf ghalihom shubija fl-Unjoni Ewropeja. Il-gid li johrog minnha, l-impatt ekonomiku u socjali li ggib maghha, fuq operazzjonijiet turistici, fuq id-dinja tax-xoghol, it-tahrig, l-opportunitajiet u l-isfidi ta’ kull xorta li kellhom jeghlbu."
Il-Ministru Refalo qal li hu konvint li l-industrija tat-turizmu fil-Gzejjer Maltin hi lesta u anki herqana li Malta tissieheb fl-UE. L-operaturi Maltin jaraw fl-ishubija rabta sfieqa ma’ grupp ta’ pajjizi u ma’ sistemi li minnhom infushom jixhdu serjeta’, opportunitajiet akbar, kwalita’ gholja u isem tajjeb l-aktar fil-qasam tal-harsien tal-konsumatur, li mas-sodisfazzjon tieghu jorbot jew iholl is-success ta’ pajjiz fl-industrija tat-turizmu.
"L-interess tal-operaturi Maltin qed jitpatta b’interess minn interess minn operaturi Spanjoli." Il-Ministru Refalo fakkar kif tlett kumpaniji ewlenin Spanjoli, is-Sol Melia, il-Barcelo’ u l-KH, ghandhom rabtiet ta’ management u ta’ investiment f’lukandi Maltin.
"Fih innifsu dan l-izvilupp hu certifikat ta’ fiducja u turija cara minn kumpaniji ewlenin fit-turizmu Spanjol li l-industrija Maltija, minkejja li kellna nghaddu minnu, ghandha quddiema gejjieni sabih. Dawn jafu wkoll li Malta fi triqitha lejn l-ishubija fl-Unjoni Ewropeja, u ghax mill-esperjenza diretta taghhom, jafu l-gid li jissarraf u johrog minn shubija, riedu jkunu minn ta’ quddiem li jkollhom rabta ma’ Malta u jiehdu sehem fl-izvilupp u l-gejjieni tal-industrija tat-turizmu ta’ Malta."
Michael Refalo tenna li l-interess ufficjali u kummercjali muri mill-Gvern Spanjol u kumpaniji Spanjoli qed jirrifletti f’numru akbar ta’ turisti minn Spanja. "Ghalkemm Malta, komprizi l-Awtorita’ tat-Turizmu u l-Air Malta ma tantx investew u ftit ghandhom presenza gewwa Spanja, jidher li l-konsumatur Spanjol qed ihares b’interess lejn x’joffru Malta u Ghawdex.
Fl-2001 is-suq Spanjol kiber b’75% u qabez id-9,000 ruh. Dis-sena sa’ l-ewwel tlett xhur iz-zieda tlahhaq it-300% aktar, minn 800 ghal 2,500 turist. Dan jixhed potenzjal tajjeb specjalment ghax-xitwa u x-xhur ta’ barra s-sajf. Tlabt lill-MTA u lill-Air Malta jistharrgu sewwa l-potenzjal u jsahhu l-presenza f’dan is-suq."
Michael Refalo qal li bhalissa zmien idejali ghal din l-hidma u l-fatt li l-Pullmantur qed iggib eluf ta’ Spanjoli fuq cruises kien ta’ reklam kbir dwar x’ toffri Malta.
"Il-poplu Spanjol ghandu kultura kbira, ghattxan ghal aktar. Ma jfittix ix-xemx u l-bahar ghax ghandu biex ibiegh. L-Ispanjoli, ta’ kull eta’, ifittxuma biex jitghalmu l-Ingliz, isiru jafu aktar dwarna, dwar ir-rabtiet kummercjali u storici bejn Malta u Spanja. Ghax l-Ispanjoli dejjem ifittxu pajjiz gdid fejn isiefru nheggeg lill-Pullmantur u l-interessi li ghandha f’iSpanair biex ikunu l-Kristofru Colombu taz-zmienijiet tallum ghax ghal poplu Spanjol Malta u Ghawdex ghadhom artijiet mhux skoperti."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN