Left arrow Mur Lura

s-Segretarju Parlamentari fil-ministeru ghas-servizzi ekonomici, l-onor. Edwin Vassallo jispjega l-hidma tal-gvern ghar-rigward tas-snajja u l-artiggjanat fil-villagg tas-snajja ta’ ta’ qali

PR835
Date Icon 12/06/2002

"Illum fit-teatru l-Grieg f’Ta Qali ġew esebiti l-pjanti li juru kif ser tkun id-dehra l-ġdida tal-villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali.

Dan l-iżvilupp huwa mistenni li jkun parti minn żvilupp akbar u b’hekk il-Villaġġ ta' l-Artiġjanat ma jibqax żvilupp iżolat għalih waħdu u jgawdu biss it-turisti li jinġiebu għal ftit ħin, iżda l-ħsieb tal-Gvern huwa li dan il-villaġġ ta’ l-Artiġjanat ikun parti minn żvilupp li ma jkunx jikkonċerna biss il-villaġġ ta’ l-artiġjanat iżda żvilupp li għandu jkun ta’ attrazzjoni oħra kemm għat-turist kif ukoll għall-Maltin.

Il-ħsieb tal-Gvern hu li jasal li jkollu villaġġ f’Ta Qali li jkun ċentru ta’ attivitajiet sportivi, kulturali u rikrejattivi b’differenza minn dawk li diġa’ jeżistu f’lokalitajiet oħra f'pajjiżna.

Minn dan l-iżvilupp kollu għandhom igawdu wkoll dawk li ser jinvestu fl-iżvilupp tal-Villaġġ għall-Artiġjanat.”

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo waqt il-preżentazzjoni tal-pjanti tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali.

Is-Sur Vassallo qal li l-konsultazzjoni ħadet fit-tul iżda “issa wasalna biex illum qegħdin nippreżentaw dawn il-pjanti.”

Dan 1-ezercizzju ta' konsultazzjoni fost l-ohrajn kien jinkludi:

  • Konsultazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li wassal ghall-formulazzjoni ta' Development Brief li ser jirregola kull zvilupp kemm fil-Villagg ta' l-Artigjanat kif ukoll fl-izvilupp fl-inhawi madwar dan il-villagg.
  • Tahdidiet ma' 1-MDC biex ikunu maghrufa u moqdija ahjar it-talbiet pendenti ta' 1-inkwilini li seta' kellhom ma' 1-istess MDC.
  • Tahdidiet mal-G.R.T.U. u 1-kumitat li nhatar biex isegwi dan il-process ta' konsultazzjoni biex jaraw li interessi tas-sidien ikunu milqugha.
  • Tahdidiet fuq bazi ndividwali ma' l-istess inkwilini li wasslu biex ikun identifikat is-sit li kull inkwilin issa ser ikollu.
  • Tahdidiet mad-Dipartiment ta' 1-artijiet dwar il-proceduri tal-process ta' sejha ghall-izviluppaturi kif ukoll l-istess formulazzjoni tas-sejha ghall-offerti.
  • Konsultazzjoni mad-Divizjoni tax-Xoghlijiet li taht id-direzzjoni tad-Direttur, il-Periti George Buhagiar u Shirley Buttigieg u 1-istaff ta' dan id-dipartiment li ghamlu 1-pjanti tal-villagg.
  • Fl-ahhar - tahdidiet ma' 1-Awtorita' ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bil-hsieb li meta ssir 1-applikazzjoni formali ghall-approvazzjoni ta' dan il-progett, inkunu f’pozizzjoni li nressqu pjanti li ser ikunu saru skond il-linji gwida ta' 1-istess Awtorita’.

Ghalhekk dawn il-pjanti li qed ikunu esebiti, jirrispettaw dawn il-htigijiet tas-sidien li qed jahdmu u jiddependu mis-success ta' dan 1-izvilupp.

1. Il-pjanti juru bini ta' villagg Malti bil-bini kollu jsir bil-gebla Maltija mibnija dobblu fuq kull faccata u b'hitan tad-divizorji bil-bricks dobblu u mimlija bil-konkos li ghandhom iservu tajjeb kemm ghas-sigurta' kif ukoll biex jilqa' ghal kull eventwalita' ta' nirien.

2. It-toroq gew mahsuba biex ikun possibbli li jkun hemm triq madwar il-villagg li ser tkun miftuha ghal kull vettura kummercjali izda mhux ghall-coaches jew taxis; u dan biex din it-triq tithalla ghal dawk kollha li jkunu jridu jghabbu jew ihottu merkanzija.

3. It-toroq interni li jinkludu 1-pjazez ser ikunu toroq pedonali izda miftuha ghat-traffiku f’certu hinjiet u dan biex il-klijenti jkunu jistghu jduru minn binja ghall-ohra minghajr tfixkil ta' vetturi.

4. Gew mahsuba erba' parking sites madwar il-villagg biex fihom jipparkjaw il-vetturi tal-klijenti kollha li ser ikunu qeghdin izuru dan il-villagg biex jixtru jew jaraw il-prodotti esebiti. Mhux ser ikun possibbli li coach tibqa' diehla sa hdejn il-binja u ddahhal il-klijenti turisti esklussivament ghal dik il-binja biss.

5. Sabiex kull binja tkun mill-aktar accessibbli gew imfassla diversi entraturi permezz ta' bibien kbar li ghandhom iservu kemm bhala entraturi ghal min irid jidhol jixtri kif ukoll ta' bibien ghall-hatt u taghbija ta' merkanzija.

6. Kull bieb ta' remissa jista' jintuza facilment bhala vetrina li fiha jkunu jidhru l-prodotti manifatturati f’dan il-villagg.

7. Kull binja ser ikollha zewg faccati, wahda li taghti fuq triq interna simili ghal dawk prezenti kif ukoll faccata li taghti ghal go pjazza ntema, li ghandha taghmila facli ghall-hatt u taghbija kif ukoll biex kull pjazza nterna tkun il-qofol ta' attivita' li tohloq attrazzjoni ghall-klijenti; u taghmilha izjed facli 1-accessibilita' tal-klijenti minn binja ghall-ohra.

8. Dawk il-binjiet li huma aktar mahsuba ghall-manifattura ta' prodotti bhal ghamara jew prodotti ta' hadid li huma izjed ta' attrazzjoni ghas-suq lokali milli ghat-turisti qeghdin lokalizzati kollha flimkien fuq ghazla ta' 1-istess sidien. Dan iddecidewh biex ikunu aktar komdi fix-xoghol taghhom.

9. Il-binja ta' sit li ser ikun identifikat bhala incubation center ghall- manifattura ta' 1-Artigjanat ser ikollu dehra ta' binja ta' knisja li ghandu jkompli juri li dan il-villagg huwa replika ta' villagg Malti.

Dwar il-possibbilita' li l-inkwilini li ghadhom ma ddecidewx li jiehdu b'cens, is-sit li fih ser ikunu qed jahdmu, s-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li "Qed isir ezercizzju biex tkun identifikata 1-ispiza ta' kull binja, issa li 1-pjanti huma lesti. Kemm-il darba ser ikun hemm inkwilini li jixtiequ jhallsu ghall-ispiza tal-binja u dawn idawru l-kuntratt tal-kera f’cens, dawn ser tinghatalhom 1-opportunita' li juru x-xewqa taghhom u nippruvaw nakkomodawhom fl-iskema."

Kull inkwilin li accetta l-proposta li jiehu c-cens, indika kemm-il sular ried jibni u ghalhekk f’dawn il-pjanti hemm ghazla bejn binjiet b'sular u binjiet b'zewg sulari.

Dwar dan izvilupp, is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li l-pjanti huma disinn ta' zvilupp ta' villagg ta' l-Artigjanat li ghandu jkun l-isbah vetrina ta' 1-artigjanat Malti. Huwa mahsub li jkun attrazzjoni kemm ghall-Maltin kif ukoll ghat-turisti li jigu jzuruna. Nistennew issa li f’din il-vetrina nsibu ghazla aktar varjata' ta' prodotti Maltin kemm manifatturati hawn f’dan il-villagg, kif ukoll f’lokalitajiet ohra.

Dan 1-izvilupp u 1-ispiza tieghu flimkien mad-dedikazzjoni tal-Gvern biex jara li dan il-progett isehh, tixhed l-impenn tal-Gvem biex f’pajjizna tassew isir il-qawmien u t-tigdid ta' l-Artigjanat Malti.

Meta dan 1-izvilupp ikun lest nistennew li 1-operaturi jiffurmaw bejniethom assocjazzjoni ta' operaturi biex jiehdu hsieb li dan il-villagg li ser jinbena ma jaqghux lura u jigi traskurat.

"F'idejkom li taraw li issa tibdew tahsbu kif ser tkunu innovaturi u taraw kif min m’ghadux jimmanifattura jibda jimmanifattura. L-importazzjoni m’hux vijabbli ghal tul ta' zmien, izda l-manifattura ta' l-artigjanat fiha valur mizjud li, bil-bini ta' dan il-villagg, issa wiehed ghandu jara li ser ikun jirrendi li tinvesti fil-manifattura. Intom jew dawk li jistghu jigu warajkom ghandhom jahsbu li jaghtu prijorita' lill-manifattura.

Min qieghed jahdem fil-Villagg ta' l-Artigjanat ta' Ta' Qali u qieghed ibiegh prodott impurtati mill-vetrina ta' l-artigjanat Malti, imissu jisthi ghax qieghed jittradixxi l-artigjanat ta' pajjizu.

Il-hidma li qed isir biex dan il-villagg jinbena mill-gdid ghandha tikkomplimenta l-hidma tal-Kunsill Malti ghall-Artigjanat. Minn naha tal- Gvem sar kollox. Nista' nghid li wegibna ghal kull talba u sejha. Issa jmiss il-parti ta' kull wiehed u wahda minkom."

Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid li "issa wasalna fl-ahhar stadju ta' konsultazzjoni maghkom dwar 1-ippjanar ta' dan il-villagg. Qed nurukom dawn il-pjanti biex taraw il-pjanti tal-binja ta' kull wiehed u wahda minnkom. Dan ser ikun zvilupp li ser isir minn kuntrattur wiehed. Min jiflah ihallas ghall-binja tieghu jista' jiehu b'cens u jhallas ghall-binja. Min ma jiflahx ihallas, filwaqt li jibqa' bil-kuntratt tal-kirja ma' 1-MDC kif ghandu llum, il-Gvern hejja skema li ser tipprovdi biex zviluppatur jinghatalu art li tikkompensa ghall-ispejjez tal-binja ta' dawk li mhux ser ikunu jifilhu jhallsu. Dan biex l-izvilupp isir u jkun komplet minghajr distinzjoni ta' bejn min jiflah u min ma jiflahx.

Issa araw il-pjanti u niltobkom li jekk tixtiequ tghaddulna kummenti dwar xi bidliet li tridu li jsiru fil-binja taghkom, ghadduhom bil-miktub fl-ufficcju tieghi u naraw kif nirrispondu ghall-kummenti taghkom. Dawn il-kummenti jintlaqghu sa nhar il-Gimgha 14 ta' Gunju 2002."

Dwar dan il-progett u l-bqija tal-hidma tal-Gvem fl-izvilupp ta' politika mprenditorjali f’pajjizna bil-hsieb li tghin li min hu zghir fin-negozju is- Segretarju Parlamentari Vassallo kkummenta li "dan il-progett huwa wiehed minn gabra ta' inizjattivi li 1-Gvem qed jiehu b'risq is-self-employed u negozji zghar.

Flimkien mal-progett ta' simplifikar ta' proceduri, li bidel radikalment il-mod ta' kif issir 1-applikazzjoni ghal-licenzja tan-negozju, l-investiment ta' aktar minn miljun lira fl-ghoti ta' servizzi nfrastrutturali f’tal-Handaq, 1-Imriehel u Haz-Zebbug u bl-organizzazzjoni ta' l-iSmall Business Unit, it-TradeLicensing Unit, il-Kunsill Maiti ghall-Artigjanat u dak kollu kif organizzati fid-Divizjoni ghall-Kummerc li tinkludu wkoll l-Industrial Property Office u diversi inizjattivi ohra li organizzaw mill-gdid is-servizz li l-Gvern joffri lil min qieghed fin-negozji, jixhed li l-Gvern qed jahdem bis-serjeta' biex jghin lis-settur ikun settur b'negozju sostenibbli"

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow