Left arrow Mur Lura

Story Telling... Programm Edukattiv għat-tfal fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana

PR834
Date Icon 12/06/2002

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea għamel żjara fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana biex jattendi u jieħu sehem flimkien mat-tfal u l-ġenituri tagħhom, għall-programm Story Telling.

F’dan il-programm edukattiv imtella’ mill-Customer Care Unit tal-librerija, t-tfal sa minn eta’ bikrija jidraw irawmu dik l-imħabba neċessarja lejn il-qari u l-użu tajjeb tal-libreriji. Minbarra li fih jinqraw stejjer li jiġbdu l-immaġinazzjoni ta’ dawk preżenti, hemm rokna interessanti fejn it-tfal jidraw ukoll jitkellmu quddiem sħabhom dwar diversi suġġetti li jolqtu lilhom direttament. It-talent taċ-ċkejknin għandu l-importanza tiegħu f’dan il-programm fejn ta’ kull ġimgħa jkun hemm xi ħadd mistieden li flimkien mal-ġenituri tiegħu tiġi mressqa l-idea ta’ kemm jagħmel ġid li l-istudent barra t-tagħlim tal-iskola jkollu wkoll f’hiex iqatta ħafna mill-ħin liberu tiegħu f’talenti utli bħall-kant, żfin, palk, sport u attivitajiet oħra.

Xi ħaġa li ntlaqet tajjeb f’dan il-programm hija l-preżenza tal-ġenituri fejn allura dawn direttament ikunu qegħdin isegwu dak kollu li uliedhom ikunu qegħdin jitgħallmu. Anke t-tfal b’sistema bħal din iħossuhom kunfidenti li juru x’jafu quddiem il-ġenituri tagħhom stess. U minn dak li deher dawn l-istudenti żgħar għandhom ħafna x’juru speċjalment fejn tidħol il-kunfidenza mal-mikrofonu.

Story Telling huwa xhieda ħajja tal-ferħ li jħossu t-tfal meta jkollhom xi ħaġa organizzata tajba quddiemhom. Waqt il-programm f’kull minuta tiegħu dawn it-tfal dehru ħerqana li jitkellmu kif ukoll parteċipattivi f’dak kollu li kien qiegħed isir u attenti ħafna waqt il-qari ta’ l-istorja. Huwa żgur bidu tajjeb għall-weekend li jkun quddiemhom.

Ġenituri li għandhom tfal bejn 4 u 7 snin huma mħeġġa biex jieħdu lit-tfal tagħhom għal dan il-programm li jsir kull nhar ta’ Ġimgħa fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana bejn l-4.00 p.m. u l-5.00 p.m, bejn ix-xhur ta’ Novembru u Mejju. Min irid iktar tagħrif jista’ jċempel il-Customer Care Unit fuq in-numru tat-telefon 21252604 u jistaqsi għal Horace Portelli li jieħu ħsieb itella’ u jippreżenta dan il-programm.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow