RAPPORT DWAR L-EFFICJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI
Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali it-tielet Rapport għas-sena 2001 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali, li jkopri l-perjodu Awissu - Novembru 2001.
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali l-Onor. Dr. Austin Gatt poġġa r-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-bieraħ, 11 ta' Ġunju 2002.
Dan huwa t-tlieta u għoxrin Rapport li qed jitressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Fir-rapport wieħed jista' janalizza fid-dettal ir-riżultati ta' l-ispezzjonijçt li saru bejn Awissu - Novembru 2001, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Awissu - Novembru 2000, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Awissu - Novembru 2001.
Infatti minn dan il-perjodu d-Dipartiment beda jagħmel spezzjonijçt u analiżi ta' terz tal-Kunsilli Lokali. Dan bl-iskop li jikkonċentra iżjed fid-dettal fuq il-funzjonijiet li jiġu spezzjonati, jibda jispezzjona funzjonijiet oħra li s'issa ma ġewx spezzjonati, kif ukoll sabiex ikun jista' jieħu sehem fi proġetti mnedija mill-Gvern Ċentrali iżda b'riżq il-Kunsilli Lokali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN