Studenti jahdmu qrib l-Anzjani
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici, illum qassam certifikati lil 16-il student tfajliet mill-iskola Maria Tereza Nuzzo tal-Hamrun. Dawn l-istudenti segwew kors matul din is-sena skolastika ta' Vocational Training fil-qasam tal-kura tal-Anzjani. Kienu jattendu lill-anzjani fid-Day Centres ta' Hal-Qormi, ta’ l-Imtarfa u fi Djar residenzjali tal-Gvern ta’ l-Imsida u ta’ l-Imtarfa.
Dr Mifsud Bonnici fahhar din l-inizjattiva ghax dawn l-istudenti akkwistaw esperjenza diretta fil-qasam tal-kura tal-anzjani. Huma gew imharrga u ddixxiplinati biex ikunu preparati ghall-hajja tax-xoghol. Dawn l-istudenti issa ser jghaddu minn fuq il-bank ta’ l-iskola ghad-dinja tax-xoghol. Huma tharrgu fit-teorija u l-prattika tax-xoghol, communication skills, u etika lejn l-anzjani. Huma raw id-differenza bejn Day Centre u Dar residenzjali ghall-anzjani. L-esperjenza li hadu dawn l-istudenti matul dan il-programm zgur li ser tiswilhom hafna ghall-futur taghhom.
Dr Mifsud Bonnici qassam ukoll certifikati lil numru ta' anzjani li hadmu matul din is-sena ma dawn l-istess studenti u ghallmuhom kif jahdmu il-bizzilla, crotchet, Ceramica, u ganutell, kif ukoll il-glass painting.
Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lil headmistress ta’ l-iskola, Ms M. Mifsud, lit-teachers u l-co-ordinator ta' din l-inizjattiva taghhom. Huma inizjattivi bhal dawn li fis-socjeta' Maltija nkunu nistghu noholqu djalogu bejn il-generazzjonijiet u verament ikollna ‘Socjeta ghal kull eta'. Huwa appella lil dawn l-istudenti sabiex fil-futur jaghmlu uzu mill-esperjenzi li akkwistaw u awgura li jkunu jistghu isibu xoghol f'dan il-qasam tal-anzjani.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN