Diskors mill-Onor. Tonio Borg, MINISTRU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, waqt il-ftuh ta’ Konferenza Nazzjonali fuq is-suggett ta’ indikaturi dwar l-izvilupp sostenibbli ghal Malta - IL-qawra - 11 ta’ Gunju 2002
Nilqaghkom illum bi pjacir ghall-ftuh ta’ din il-Konferenza Nazzjonali dwar indikaturi ghas-sostenibiltà f’pajjizna. Illum kulhadd jaqbel li l-izvilupp sostenibbli huwa ghan importanti, kemm fuq livell globali, kif naraw fil-preparazzjonijiet ghas-Summit Dinji dwar dan is-suggett li ser jsir f’Johannesburg f’Awwissu, kif ukoll fuq livell ta’ l-Unjoni Ewropea, fejn naraw li wara l-Kunsill ta’ Gotenborg, l-Unjoni harget bi Strategija ghal Zvilupp Sostennibbli.
F’Malta rajna hafna progress tul is-snin fl-oqsma socjali, ekonomici w ambjentali, izda issa x-xoghol fuq zvilupp sostenibbli ser jinghata spinta ’l quddiem wara li dahlet fis-sehh il-ligi l-gdida ta’ l-Ambjent fl-2001. Dan l-Att jaghraf il-htiega ta’ attivitajiet li jiffokaw fuq it-tliet aspetti ta’ zvilupp sostenibbli (dak ta’ l-ambjent, ta’ l-ekonomija, u dak-socjali) b’mod komprensiv. Ghalhekk ghandi l-pjacir niftah din l-attivita, li hija propja mmirata f’din id-direzzjoni, u li tigi f’mument importanti ghax-xoghol ta’ pajjizna f’dan ir-rigward.
Il-kuncett ta’ zvilupp sostenibbli mhuwiex wiehed facli sabiex timplimentah b’mod konkret. Ghallhekk gew mfassla ghodda prattici bhal dawn l-indikaturi dwar l-ambjent, is-socjetà u l-ekonomija, biex jghinuna nimxu f’direzzjonijiet iktar sostenibbli. Hafna nies huma familjari ma’ indikaturi ekonomici, bhar-rata ta’ l-qghad, izda ghandna bzonn ukoll indikaturi li juruna x’qed jigri fil-qasam ambjentali, per ezempju, in-numru ta’ karozzi f’pajjizna, jew il-persentagg ta’ art f’pajjizna li huwa mibni.
L-ghanijiet ta’ indikaturi dwar is-sostenibbilta’ huma tlieta:
- Li jissimplifikaw il-problemi;
- Li jikkwantifikawhom; u
- Li jikkomunikawhom sabiex iwasslu messagg.
Generalment, dan it-tip ta’ indikaturi huma ndirizzati ghall-publiku u ghan-nies li jfasslu il-politka f’dawn l-oqsma. L-ideja hi li jiffokaw l-attenzjoni fuq trends li mhumiex sostenibbli u li jservu bhala sinjal bikri ghal pubbliku u ghan-nies involuti fit-tfassil ta’ politika dwar zvilupp sostenibbli.
Din kienet l-mira tal-proposta li saret fl-1997 mill-Awtorita’ ta’ L-Ippjanar, illum, il-MEPA, li fasslet grupp ta’ 57 indikaturi, u pproponiet li sett ta’ indikaturi ghal Malta jigu mfasslin u ppublikati minn Grupp ta’ nies interessati mahtur mill-Gvern. Din il-proposta giet partjalment milqugha mill-Ufficcju Centrali ta’ L-Istatistika, illum l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, li harget l-ewwel set ta’ indikaturi dwar l-izvilupp sostenibbli fl-1998, permezz tal-publikazzjoni taghha, Malta at a Glance.
Progett iehor important f’dan ir-rigward kien it-tfassil ta’ indikaturi ghat-tramuntana ta’ Malta bhala parti mill-progett CAMP MALTA, li kien progett mniedi bil-kollaborazzjoni ta’ entitajiet Governattivi Maltin u l-PAPRAC fi hdan il-Pjan ta’ Azzjoni ghall-Mediterran (MAP) tan-Nazzjoni Uniti. Dawn l-indikaturi gew uzati fil-hames attivitajiet tematici li gew mwettqa fit-Tramuntana ta’ Malta. B’hekk il-livell ta’ zvilupp sostenibbli fil-progetti seta’ jigi esplorat, deskritt u mkejjel, qabel, waqt u wara it-twettiq ta’ dawn il-progetti.
Illum, qeghdin naraw sett iehor ta’ 100 indikaturi li huwa bbazat fuq l-indikaturi li tfasslu mill-Pjan ta’ Azzjoni ghall-Mediterran (MAP) tan-Nazzjoni Uniti ghall-pajjizi madwar il-bahar Mediterran. Il-vantagg ta’ dan il-progett, mhejji mis-SIMO, li jaqa’ taht l-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni tal-Ufficju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, huwa li jghinna nikkomparaw is-sitwazzjoni f’Malta ma’ dik f’pajjizi qrib taghna. Fl-istess waqt, inkunu qed inhejju ix-xoghol sabiex Malta taqdi id-dmirijiet fil-qasam ta’ reportagg lin-Nazzjoni Uniti.
Ghalhekk, nistghu nghidu li indikaturi dwar l-izvilupp sostenibbli jistghu jghinu l-pajjizna biex:
- Inzidu l-kuxjenza pubblika dwar issues ambjentali, socjali u ekonomici, u li forsi dan iwassal lill-pubbliku biex jibdel l-atteggament tieghu f’dawn l-oqsma;
- Ikollna ghodda prattika li bis-sahha taghha nistghu ntejbu il-politika taghna fl-oqsma socjali, ambjentali w ekonomici;
- Malta tahdem fuq progett konkret dwar is-sostenibbilta li jista’ jiftiehem u jigi apprezzat barra minn xtutna;
- Jahdem fuq progett li jista’ jkun popolari mal-pubbliku; u
- Ikollna opportunita’, kif rajna fil-progett tas-SIMO, li d-Dipartmenti u l-agenziji tal-Gven jahdmu flimkien u jaqsmu ir-rizorsi taghhom.
Ghal dawn ir-ragunijiet positivi kollha, il-Gvern u l-Ministeru tieghi jiehu hafna pjacir b’inizjattivi ta’ dan it-tip, li jiffokaw l-attenzjoni fuq problemi li tant huma importanti f’hajjet kulhadd.
Filwaqt li nirringrazzjakom ta’ din l-opportunita’ li nkun maghkom illum, nixtieq nghid prosit lin-nies kollha involuti u nawguralkom nofs ta’ nhar interessanti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN