Stqarrija tad-Direttur tal-Protezzjoni Civili
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili jaghmel referenza ghal dak li gie rrappurtat li qal l-Onor. Dr. Anglu Farrugia LL.D., M.P., fir-rigward ta’ xiri ta’ speedboat minn dan id-Dipartiment, fejn gie allegat abbuz minn ufficjal ta’ dan id-Dipartiment.
"Nibda biex nghid illi, kif jaf kulhadd, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili huwa mghammar b’appart li jiswa miljuni ta’ liri Maltin u li kien inghata mill-Gvern Taljan taht il-Protokoll Finanzjarju. Matul dawn l-ahhar sentejn, id-Dipartiment kompla jespandi b’tali mod illi kien hemm bzonn ta’ aktar apparat li jiswa eluf kbar ta’ liri Maltin.
Ghalhekk gie deciz illi fejn hu possibbli jinxtara materjal li ma jkunx gdid pero’ li huwa tajjeb ghall-htigijiet tad-Dipartiment. Tant hu hekk illi ricentement inxtraw hames Landrovers uzati mill-Ingilterra u li qed jigu restawrati ghax-xoghol tad-Dipartiment. L-istess japplika ukoll ghal spare parts tal-vetturi li jiswew eluf ta’ liri, kieku kellhom jinxtraw godda; u li meta jkun jaqbel, jinxtraw bhala uzati. Dan wassal ukoll biex gew akkwistati spare parts li bihom inbena truck ghall-uzu tad-Dipartiment.
Kif jaf kulhadd, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civiuli jaghmel xoghol kbir fis-sajf billi, flimkien ma’ korpi volontarji, jorganizza patrols fix-xtut Maltin. Ghal dan il-ghan, gew imharrga numru ta’ persuni bhala ghaddasa u rescuers fuq il-bahar. Kien proprju ghal din ir-raguni illi tard is-sena l-ohra, persuna offriet li tforni lil dan id-Dipartiment bi speedboat uzata, bi prerzz tassew baxx.
Wara li saret spezzjoni ta’ din id-dghajsa minn engineer kwalifikat, instab li din kienet f’kundizzjoni tajba hafna u li kienet tiswa madwar erbat elef lira li kieku kellha tinxtara gdida. Sar ftehim mas-sid ta’ din l-ispeedboat ta’ tmintax-il pied, li din tinxtara ghas-somma nominali ta’ tmien mija u hamsin liri (Lm850) u maghha jinghata b’xejn il-mutur ta’ 115 horsepower. B’hekk gie accertat illi d-Dipartiment ghandu aktar apparat biex jipprotegi l-hajja ta’ persuni tul is-sajf b’somma tassew zghira. Huwa minnu li din il-persuna hija relatata ma’ ufficjal fid-Dipartiment izda, kif wiehed jista’ jara, dan serva iktar ta’ gid milli ta’ abbuz kif wiehed seta inghata x’jifhem.
Ta’ min jghid ukoll illi x-xoghol kollu ta’ restawr u manutenzjoni tal-vetturi u ta’ equipment isir minn membri tal-Protezzjoni Civili, biex b’hekk jigu ffrankati eluf ta’ liri.
Nirringrazzja lil kull min ghamel din il-kritika lil dan id-Dipartiment ghaliex b’hekk inghatajt l-opportunita’ li nispjega lill-pubbliku l-operat ta’ dan id-dipartiment, li kontinwament ihejji ruhu ghal kwalunkwe esigenza bl-anqas spiza possibbli."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN