Left arrow Mur Lura

INTERVENT MIR-RAPPREZENTANT SOSTITUT TAL-GVERN MALTI FIL-KONVENZJONI EWROPEA

PR812
Date Icon 08/06/2002

Il-Konvenzjoni Ewropea il-bierah ittrattat ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-arkittettura Ewropea. F'intervent bil-Malti, ir-rapprezentant sostitut tal-Gvern Malti, John Inguanez, esprima l-qbil tal-Gvern li jigu evalwati mezzi kif ir-rapprezentanti eletti tal-poplu jistghu jghinu sabiex iressqu lic-cittadini aktar vicin l-Unjoni.

Huwa fisser l-idea li l-parlamenti nazzjonali ghandhom jahdmu f'kollaborazzjoni shiha mal-Parlament Ewropew billi numru ta' rapprezentanti nominati mill-parlamenti nazzjonali abbazi tal-principju tal-ugwaljanza bejn l-Istati Membri, jista' jiehu sehem fid-dibattitu fejn il-pozizzjoni tal-Parlament Ewropew fuq legizlazzjoni partikolari tkun qed tigi stabbilita. Minghajr ma jitwal il-process legizlattiv, mezz kif dan jista' jsir huwa billi r-rapprezentanti tal-parlamenti nazzjonali jiffurmaw kumitat gdid fil-qafas tal-Parlament Ewropew.

Ir-rapprezentanti tal-parlamenti nazzjonali jistghu jinghataw l-inkarigu li jezaminaw legizlazzjoni proposta fid-dawl tal-effett li jista' jkollha xi azzjoni minn naha tal-Unjoni fuq ic-cittadini, l-aktar billi jigi zgurat ir-rispett lejn il-principji tas-sussidjarjeta` u l-proporzjonalita`. B'hekk, dan iservi biex il-partecipazzjoni tac-cittadin Ewropew fil-process legizlattiv tkun aktar tangibbli, billi jkollu relazzjoni aktar diretta mal-livell istituzzjonali Ewropew.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow