Left arrow Go Back

AKTAR MINN LM1.5 MILJUN FI PROĠETTI TA' RESTAWR TAL-KONKATTIDRAL

PR809
Date Icon 07/06/2002

Minn mindu twaqqaf il-Proġett għar-Riabiltazzjoni tal-Belt Valletta minn Amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1988 kienu investiti aktar minn miljun u nofs lira fi proġetti ta' restawr fil-Konkattidral ta' San Ġwann. Hu qal li parti sostanzjali minn dawn il-proġetti kienu tħallsu mill-Komunita' Ewropea u kienu jinkludu r-restawr tal-faċċata u s-soqfa u sistema ġdida ta' dawl elettriku. Dan intqal mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Francis Zammit Dimech meta flimkien mal-Prim Ministru l-Onor. Eddie Fenech Adami kienu qed izuru proġetti importanti ta' restawr li qed jitwettqu fil-Konkattidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minn mindu twaqqfet il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta m'għadux aktar responsabbli direttament għall-ħarsien tal-Konkatidral iżda xorta qiegħed jikkoopera mal-Fondazzjoni fuq numru ta' proġetti waqt li qed jagħlaq numru ta' proġetti pendenti.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta qed jiffinanzja numru ta' proġetti ta' manutenzjoni kemm ta' l-irħam ta' l-art kif ukoll tas-soqfa. Dan ifisser li kien qed isir restawr sostanzjali ta' ġebel kif ukoll tas-sistema li tipproteġi l-pittura tas-saqaf. Hu qal li dan ix-xogħol kien qed isir minn ħaddiema tal-Unit tar-Restawr taħt id-direzzjoni tal-Perit Ivana Farrugia. Dawn il-ħaddiema qegħdin iwettqu wkoll numru ta' proġetti żgħar oħra, iżda ta' importanza għall-Konkatidral. Fost dawn il-proġetti hemm dak tal-bdil tat-twieqi tal-Konkatidral.

Francis Zammit Dimech qal li żewġ proġetti ta' importanza kbira kienu qed jitwettqu mid-ditta Sante Guido Restauri. Hu qal li r-restawr tal-bust ta' Kristu Salvatur ta' Alessandro Algardi, li wasal biex jitlesta, jiswa Lm8,800 u kien qed jitħallas kollu mill-fondi tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Il-proġett l-ieħor kien dak tar-restawr tal-leggii. Dan kien se jitħallas bin-nofs bejn il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Fondazzjoni. Dan il-proġett kien se jiswa Lm2,400.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow