Tibda topera l-Akkademja ghall-impjegati tal-Qorti
Illum beda t-tahrig ghall-istaff tal-Qrati Maltin, fl-ewwel kors minn sensiela li qed isiru mill-Akkademja ghat-tahrig ta’ l-istaff legali u aministrattiv tal-Qrati tal-Gustizzja. Din l-akkademja kienet inawgurata fit-30 t’April ta’ din is-sena.
D’diskors li ghamel il-Ministrughall-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt qal li din l-akkademja ghandha l-funzjoni ewlenija li torganizza korsijiet ta’ tahrig ghall-haddiema tal-qrati. Dan it-tahrig akkademiku specjalizzat huwa intiz kemm ghall-membri tal-Gudikatura kif ukoll ghall-membri ta’ l-istaff tal-Qrati tal-Gustizzja. L-akkademja ser taghti wkoll tahrig specjalizzat lill-haddiema l-godda fil-Qrati. Dr. Gatt semma l-fatt li t-tahrig li ser tipprovdi din l-akkademja huwa kemm ta’ natura legali kif ukoll ta’ natura amministrattiva.
Il-Ministru Gatt fakkar fir-riforma amministrattiva li ghamel il-Gvern fil-Qrati. Riforma li kienet tinkludi l-holqien ta’ struttura manigerjali fil-Qrati. Din ir-riforma fil-qasam amministrattiv qed taghti l-frott, ghax flimkien ma’ decizjonijiet ohra li ttiehdu, qed twassal sabiex il-kawzi pendenti fil-qrati qed jonqsu.
Dr. Gatt kompla li ghalhekk wiehed jaghraf l-importanza li dawk li jamministraw jkunu mharrga sew fil-hidma taghhom. Dr. Gatt kompla jindirizza lill-impjegati prezenti ghall-ewwel kors u qalilhom biex jiehdu dak li hu possibbli minn dan it-tahrig li huma ta’ importanza ghall-karriera rispettiva taghhom. Huwa sahaq li huwa importanti li l-haddiema jaghtu l-feedback taghhom ukoll, sabiex dan li qed jinbeda’ llum jissahhah u jitjieb ghall-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN