Left arrow Mur Lura

RAPPORT LI JQABBEL IL-PROGRESS LI SAR MILL-PAJJIZI APPLIKANTI GHAL SHUBIJA FL-UNJONI EWROPEA

PR804
Date Icon 06/06/2002

Rapport li jqabbel il-progress li sar minn kull pajjiz applikant ghal shubija fl-Unjoni Ewropea jindika li Malta tinsab fuq quddiem fil-holqien ta’ socjeta’ u ekonomija tal-informazzjoni. L-istess rapport jikkonferma li pajjizna, f’diversi oqsma tal-informatika huwa f’pozizzjoni ahjar minn dik medja fi hdan l-Unjoni Ewropea.

L- ‘eEurope + Progress Report’, gie ppublikat waqt konferenza Ministerjali organizzata mill-Kumissjoni Ewropeja, u li saret fis-Slovenja. Malta kienet rapprezentata mill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali l-Onor. Dr. Austin Gatt.

F’konferenza ta’ l-ahbarijiet, il-Ministru Gatt tenna s-sodisfazzjon tieghu li Malta tinsab fuq quddiem fil-qasam tal-Informazzjoni u Komunikazzjoni Teknologika. "Dan huwa certifikat ghall-hidma li saret mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista kif ukoll, ghall-politika u l-vizjoni li ghandu dan il-Gvern f’dan il-qasam", tenna Dr. Gatt.

Kien fis-sena 2000, li l-Unjoni Ewropea bdiet l-inizjattiva eEurope, li l-ghan principali taghha kien li l-Unjoni Ewropea tkun l-akbar struttura fil-pajjiz li hi bbazata fuq ekonomija ta’ l-informazzjoni. Flimkien mal-programm eEurope, il-kummissjoni bdiet l-inizjattiva eEurope+ fost il-pajjizi kandidati ghal shubija. Malta ippartecipat b’mod attiv f’dan il-pjan.

Ir-rapport jikkonferma li f’diversi oqsma bhal ma hija infrastruttura teknologika, applikazzjonijiet ta’ l–eGovernment, linji fissi digitali fid-djar, penetrazzjoni tat-telefonija cellulari u access ghall-internet, Malta tinsab fuq quddiem flimkien mas-Slovenja u Cipru. Minbarra dan, l-istess rapport ipoggi lil Malta fuq quddiem fil-firxa ta’ computers fl-iskejjel primarji u sekondarji, fil-kwantita’ ta’ Public Internet Access Points u fil-kwantita’ ta’ computers li hawn f’Malta ghal kull mitt abitant.

Dr. Gatt qal li r-rizultati li kisbet Malta ma gewx b’kumbinazzjoni. Dr. Gatt semma’ li dawn ir-rizultati nkisbu ghax il-Gvern Nazzjonalista lura fl-1987, gharaf li jinvesti biex is-sistema tat-telefonija ta’ pajjizna tkun wahda digitali. L-istess Gvern fl-1989 gharaf jibda process ta’ investiment biex is-settur pubbliku jkollu l-infrastruttura teknologika necessarja. Il-Ministru Gatt irrefera wkoll ghall-kuragg li ntwera fl-introduzzjoni u eventwalment fil-liberalizzazzjoni tat-telefonija cellulari. Dr. Gatt semma’ wkoll il-vizjoni tal-Gvern ghall-introduzzjoni tal-e-Government.

Il-Ministru Gatt qal li din il-vizjoni li ghandu l-Gvern tikkontrasta bil-kbir man-nuqqas dwar din il-politika fi hdan il-Partit ta’ l-oppozizzioni. Fi hdan il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni m’hemm hadd li jitkellem fuq l-eGovenrment, m’hemmx kelliem ghal dan il-qasam, nuqqas li deher fl-ahhar zewg budgets fejn ma kien hemm ebda diskussjoni fuq dan is-suggett.

Intant il-Ministru Gatt kompla li dan huwa certifikat fil-hila u l-kapacita’ tal-Maltin. Huwa rizultat li jikkonferma li l-istrategija tal-Gvern hija tajba. Strategija li hi bbazata fuq il-holqien ta’ sinergiji bejn il-‘players’ kollha fis-settur. Dr. Gatt qal li huwa fiducjuz li r-rapport li jmiss johrog is-sena d-diehla jkompli jikkonferma l-pozizzjoni li ghandha Malta f’dan is-settur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow