Left arrow Mur Lura

ZJARA UFFICJALI FUQ IS-SIT FEJN QIEGHED JINBENA L-KUMPLESS SPORTIV REGJONALI TAL-KOTTONERA

PR801
Date Icon 06/06/2002

Dal-ghodu saret zjara fis-sit tal-kostruzzjoni tac-Centru Regjonali Sportiv tal-Kottonera mill-E.T. il-President ta` Malta, il-Prof. Guido de Marco flimkien mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett. Prezenti ghall-mawra kien hemm Kunsilliera mill-Kunsill Lokali ta` Bormla. L-ewwel gebla ta` dan il-progett tpoggiet fis-17 ta` Gunju 2001. Ix-xoghol tal-kostruzzjoni fuq dan il-Kumpless inbeda fit-2 ta` Mejju, 2001. Huwa ppjanat li din il-fazi tax-xoghol ser titlesta fl-ewwel gimgha tax-xahar ta` Awissu 2002. Wara din il-fazi ser jinbeda x-xoghol tal-finishing u servizzi li mistenni jinbeda fl-ewwel gimgha ta` Lulju 2002. Waqt li jkun qieghed jitlesta dan ix-xoghol fil-Kumpless mistenni jinbeda ix-xoghol ta` barra madwar il-Kumpless.

Id-disinn kollu ta` dan il-Kumpless sar minn Periti u Inginiera tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura wara li kumitat maghmul minn esperti fl-isport hejjew il-brief tad-disinn. Il-Periti tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet ghamlu d-disinn arkitettoniku kollu li kien jinvolvi mijjiet ta` dettalji sabiex il-kuntrattur ikollu l-informazzjoni kollha fuq x’hiex jahdem.

Il-Periti tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet ghamlu wkoll id-disinn strutturali tas-saqaf – disinn innovattiv ghax hu fl-ghamla ta` koppla catta. Inginiera ta` l-istess Dipartiment iddisinjaw is-sistema tas-servizzi kollha, id-dawl u d-dettalji mehtiega ghat-tlestija. Anke l-Project Management qeghdin jiehdu hsiebu periti tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet.

Ta` min jghid li l-Kumpless ser ikun l-akbar wiehed gewwa Malta li ser ikun jesa` 1600 persuna. Peress l-uzu tas-sala qieghed ghal gemgha kbira ta` nies kellhom jittiehdu certu prekawzjonijiet strutturali skond in-normi u standards internazzjonali. Din l-istruttura bdiet titpogga fuq il-binja tal-Kumpless fix-xahar ta` Mejju 2002. Ma` dan il-Kumpless qieghed jinbena l-Bocci Dromo li ser jesa` madwar 300 persuna bil-qieghda b’facilitajiet mieghu. Wiehed irid jghid li ghadu kif issaqqaf dan il-Bocci Dromo u mistenni jkun lest mill-fazi ta` kostruzzjoni dan ix-xahar biex b’hekk ikunu jistghu jibdew ix-xoghlijiet fuq il-finishing.

Waqt li ghaddej xoghol fuq il-Kumpless qieghdin isiru diskussjonijiet ma` diversi Ministeri ohra sabiex il-progett ikun inkwadrat fil-progett kollu tal-Kottonera. It-triq li twassal ghall-entratura tal-Kumpless sejra tkun upgraded. Wiehed irid isemmi li diga` ghaddej is-servizzi godda mehtiega ghall-Progett tal-Kottonera.

Il-Kumpless Sportiv tal-Kotttonera ser jaghti lill-Assocazjonijiet u entitijiet ta` certu livell li jistghu ikabbru l-attivitajiet taghhom ta` certu kobor. Ghalhekk jikkordina tajjeb mal-progett tar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera ghax jista` jigi sfruttat mill-att Turistiku fil-progett kollu tal-Kottonera. Huwa mistenni li dan il-Kumpless ser jinfetah ufficjalment fix-xahar ta` Marzu 2003.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow