Left arrow Mur Lura

ATTIVITÀ GHAT-TFAL TA’ L-ISKOLA GHAL JUM DINJI TA’ L-AMBJENT

PR799
Date Icon 06/06/2002

"Hudu hsieb l-ambjent ghax dak li taghmlu illum issibuh ghada". Dan kien l-appell tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent il-Perit George Pullicino, lil tfal ta’ diversi skejjel li kienu mistiedna mill-Eden Leisure Group biex jaraw il-film Imax "Blue Planet" fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ghall-Ambjent.

Is-Segretarju Parlamentari qal li kull azzjoni li naghmlu illum tista’ tkun favur jew kontra l-ambjent. Huwa tkellem dwar is-CD Rom interattiva b’tema ambjentali li nieda l-Ministeru, proprju biex tghin lit-tfal jaghmlu azzjonijiet favur l-ambjent. "Is-CD Rom, li ser titqassam fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Ghawdex, taghti ezempji kif anki b’azzjoni zghira, bhal meta persuna taghlaq il-vit ta’ l-ilma sakemm tahsel snienha, tkun qed tghin biex jithares l-ambjent. Malta tipproduci l-ilma taghha permezz ta’ reverse osmosis li jibdel l-ilma bahar f’ilma tajjeb ghax-xorb. Biex jithaddmu dawn l-impjanti nahlu madwar 40% ta’ l-energija li tipproduci l-power station, li tahdem biz-zejt u li tista’ tniggez l-arja" spjega s-Segretarju Parlamentari.

Fl-ahhar huwa appella lit-tfal biex ikunu ta’ ezempju ghall-genituri taghhom u qabel jaghmlu xi haga jistaqsu jekk l-azzjoni taghhom hux ser ikollha effett tajjeb jew hazin fuq l-ambjent. Il-ftit ta’ hafna jista’ jhalli effett kbir fuq l-ambjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow