STOCKS TAL-GVERN OVERSUBSCRIBED BI TLIET DARBIET U NOFS
Saret iktar minn 2,700 applikazzjoni ghal xiri ta’ stocks tal-Gvern li jlahqu ghal valur totali ta’ 37,156,600 liri Maltin. Il-bejgh ta’ l-istocks kellhu jinghalaq gurnata qabel iz-zmien stipulat minhabba li l-pubbliku hareg bi hgaru sabiex japplika ghax-xiri ta’ dawn l-istocks.
Il-valur totali ta’ stocks li hargu ghall-pubbliku kien ta’ 10,000,000 lira Maltin b’interessi ta’ 5.6 fil-mija u li jimmaturaw fis-sena 2007.
Mill-2,743 aplikazjoni li saret ghax-xiri ta’ dawn l-istocks, 2,713 applikazzjoni saret mill-pubbliku li kienu jammontaw ghal aktar minn 11,000,000 lira Maltin, filwaqt li l-bqija saru minn istituzjonijiet finanzjarji
Dwar dan il-Ministru tal-Finanzi John Dalli qal li dan hu prova tal-flus li hawn f’idejn in-nies u li huma mfaddla f’banek u istituzjonijiet ohra. "Din hija indikazjoni ta’ likwidità qawwija."
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN