Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR JESMOND MUGLIETT, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI, FL-OKKAZJONI TAL-LAQGHA GENERALI ANNWALI - MALTA UNION OF TEACHERS - 4 TA’ GUNJU 2002

PR787
Date Icon 04/06/2002

Hu l-pjacir tieghi niehu sehem fil-Laqgha Generali tal-Malta Union of Teachers fl-assenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni li jinsab barra l-pajjiz fuq xoghol tal-Gvern. Bhala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni ghandi nteress u sehem partikulari fl-izvilupp tal-edukazzjoni f'Malta, partikolarment minhabba l-impatt li l-edukazzjoni ghandha fuq il-qasam li ghalih ghandi responsabbilta` aktar mill-qrib, jigifieri z-Zghazagh, l-Isport u x-Xjenza u t-Teknologija.

Ghall-Gvern l-investiment fl-edukazzjoni huwa l-aqwa investiment ghall-futur. Wiehed jista jkejjel din l-importanza mill-pjani, il-programmi u l-inizjattivi li qeghdin jitwettqu matul din il-legislatura kif ukoll il-vot finanzjarju rikorrenti li qed jizdied minn sena ghal sena b'mod sostanzjali. L-akbar sehem jghaddi bhala hlas ghas-servizz li jinghata lill-gradi kollha tal-haddiema professjonali u mhumiex, kemm fl-iskejjel tal-Istat kif ukoll fl-iskejjel tal-Knisja. Wiehed ma jistax ma josservax ir-riformi fundamentali u l-progress enormi li sar f'kull qasam edukattiv matul dawn l-ahhar hmistax -il sena. Forsi l-akbar kisba ta’ dawn l-ahhar hmistax -il sena huwa l-fatt li aktar minn 50 fil-mija tal-istudenti qeghdin ikomplu l-edukazzjoni gholja.

Il-progett ewlieni li mbarka fuqu l-Ministeru hekk kif bdiet din il-legislatura kien l-izvilupp tal-Kurrikulu Nazzjonali. Il-process li bih kien formulat kien ezempju ta’ kif dokument nazzjonali ghandu jitfassal biex kull min ghandu interess fih ikun jista’ jaghti sehmu matul konsultazzjoni shiha u sfieqa. Hawnhekk, ma nistax ma nurix l-apprezzament tal-Gvern ghas-sehem ewlieni li tat il-Malta Union of Teachers bhala istituzzjoni u anke permezz tal-membri taghha f’kull livell u qasam. Il-Ministeru jfakkar fil-weghda li saret mill-Union li tkompli taghti appogg pubbliku u effettiv lil din l-inizjattiva li hija kritika ghall-izvilupp tal-edukazzjoni f'Malta.

It-tema ta’ din il-konferenza hija l-valuri fl-edukazzjoni. Zewg valuri li huma kritici f’sistema edukattiva u moderna huma d-demokrazija u l-partecipazzjoni. Il-mod kif tfassal il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, fejn l-ewwel tfasslet l-istampa minn numru ta’ esperti, imbaghad inghata ghad-diskussjoni pubblika, imbaghad beda jkun mirqum permezz ta’ diversi processi ta’ konsultazzjoni u involviment ta’ nies varji jixhed minnu nnifsu l-politika li rridu fl-iskejjel u l-klassijiet. Politika li tixtieq tara l-partecipazzjoni ta’ kull min hu involut, li tixtieq tara il-qsim tal-poter, li tixtieq tkattar id-differenzi. Is-slogan tal-konferenza huwa l-unita’ fid-diversita`. Fil-fehma tieghi, id-diversita` fl-edukazzjoni twassal ghal sistema edukattiva aktar shiha. L-isfida li ghandhom quddiemhom issa primarjament id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Union ta' l-Ghalliema hi li nimplementaw gradwalment izda b’passi sodi u mghaggla l-provvedimenti tal-Kurrikulu.

Biex tkun facilitata l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu twaqqfu l-Kunsill Nazzjonali u ghadd ta’ Focus Groups li ghandhom ipoggu fil-prattika aspetti mportanti partikulari fl-izvilupp tal-Kurrikulu. Hija t-tama tal-Ministeru li l-Kunsill u l-Focus Groups ikunu mezz li jiftah u jhaffef l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu lill-ghalliema fil-klassi.

Nemmnu li d-demokrazija u l-partecipazzjoni fit-tfassil tal-programmi edukattivi ghad iwasslu ghal aktar demokrazija u partecipazzjoni fil-klassi. Ma jistax ikollna demokrazija u partecipazzjoni fis-sistema jekk l-ghalliema u l-kapijiet ma jkunux kuntenti bil-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom. Ghalhekk, meta fl-2001, kien qed jitfassal l-addendum ghall-ftehim tal-l994, ittiehdu in konsiderazzjoni titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-ghalliema marbutin ma’ facilita` akbar biex jittiehdu mizuri ghal titjib sostanzjali fil-kwalita` tal-edukazzjoni. Is-sitwazzjoni prezenti tal-kundizzjonijiet tax-xoghol u granet u sighat tax-xoghol titqabbel tajjeb hafna mas-sitwazzjoni tal-ghalliema f’pajjizi ohra fl-Ewropa. Anzi nistghu nghidu wkoll li f’certi oqsma l-qaghda tal-ghalliema f’Malta hija wisq ahjar.

Infakkru li permezz ta’ l-addendum:

  • l-ghalliema qed jiehdu anqas snin biex jghaddu minn skala ghal ohra.
  • Sar tnaqqis fin-numru ta’ snin li matulhom wiehed irid jistenna qabel ma jkun jista’ japplika ghal promozzjoni.
  • Sar titjib fil-hlasijiet ta’ hin il-mistrieh f’nofsinhar.
  • Sar possibbli li ghalliema li ghandhom aktar minn 57 sena jkun jista’ jitnaqqsilhom il-hin ta’ kuntatt mal-klassi sabiex jaghtu kontribut mill-esperjenza li jkunu akkwistaw lill-amministrazzjoni tal-iskola u lill-kollegi ghalliema.
  • L-ghalliema qeghdin jithallsu ghas-sessjonijiet ta’ laqghat li jsiru bhala parti mill-izvilupp professjonali kontinwu u fl-ippjanar tal-iskola.
  • Inholqot il-pozizzjoni gdida tal-Activity Teacher bil-ghan li tinghata hajja l-edukazzjoni tal-istudenti fl-oqsma kreattivi u rikreattivi.
  • Permezz ta' l-Activity Teachers, l-ghalliema se jkollhom aktar spazju ghal xoghol professjonali u laqghat fil-hin tal-iskola.

Hu ttamat li fil-gejjieni jkollna l-Activity Teachers mehtiega fl-iskejjel kollha.

L-ingagg tal-Activity Teachers huwa mod iehor kif qeghdin nippromwovu l-inklussivita` fl-edukazzjoni. Jien hawnhekk ukoll nixtieq insellem lil Frank Mallia, membru attiv ta’ din il-Union, u ufficjal ewlieni fid-Divizjoni tal-Edukazzjoni li ghal hafna snin hadem fil-qasam tal-edukazzjoni specjali. L-inklussivita` m’ghandniex inharsu lejha bhala kuncett ghal tfal bi bzonnijiet specjali. Jehtieg inkunu sensittivi ghall-htigijiet partikolari tat-tfal kollha. Ma nixtiequx li jkollna nwarrbu tfal li joholqu problemi fl-iskola. Irridu li jkollna l-mezzi u l-istrutturi biex nintegrawhom. Irridu ninkludu lil kull min ghandu bzonnijiet specjali intellettwali, emozzjonali, fizici. Irridu niehdu hsieb l-istudenti li qeghdin jghixu f’familja fejn hemm hafna faqar, mhux faqar daqstant finanzjarju daqskemm faqar ta’ valuri u sentimenti. L-inkluzzjoni hija wahda mill-isfidi ewlenin li ghandna quddiemna. Ghalhekk bl-Activity Teachers li ser jaghtu appogg lil tfal li waqghu lura ghal ragunijiet personali, familjari jew socjali, bil-facilitators li ser jghinu lil studenti ohra li jkollhom bzonnijiet specjali, u bl-ghalliema li b’dawn l-ghajnuniet ser ikunu jistghu jaghtu aktar attenzjoni individwali, nistghu nindirizzaw il-htiegijiet partikolari ta’ kull individwu.

Biex insahhu t-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali nafu li ghandna bzonn ambjent li hu sabih, sikur u edukattiv. Fadlilna wisq skejjel li ghadhom neqsin minn ambjent addattat ghall-edukazzjoni ta’ kwalita’ u minn spazji u rizorsi li jiffacilitaw l-izvilupp edukattiv tal-istudenti. Nittamaw li l-Foundation for Tomorrow's Schools taghmel impatt qawwi f'dan il-qasam permezz ta’ programm ta’ zvilupp tal-ambjent fiziku. Dan jista’ jsir permezz ta’ arrangament specjali ta’ iffinanzjar li ma jiddependix biss mill-vot kapitali li tircievi d-Divizjoni tal-Edukazzjoni kull sena.

Naf li wiehed mill-oqsma li jinteressa lil min ikun qieghed jamministra l-edukazzjoni hija l-effettivita` tas-sistema. L-effettivita` tas-sistema edukattiva taghna titkejjel minn kemm il-qari, il-kitba, il-matematika, it-teknologija u x-xjenza jaghtu bazi soda lill-istudenti biex ikomplu jitghallmu kemm matul is-snin taghhom fl-iskola u wisq aktar wara li jhallu l-iskola. Illum qed jitqies bhala fatt fundamentali li fl-iskola rridu nghallmu lill-istudent kif jitghallem wahdu, kif jizviluppa lilu nnifsu, kif jimxi ‘l quddiem anke meta jidhol fid-dinja tax-xoghol. Dan ma jistax jaghmlu jekk ma jkollux l-istrumenti bazici tal-litterizmu. Ghalhekk, id-Divizjoni tal-Edukazzjoni qed taghti importanza qawwija lil dan il-qasam b’mod partikulari permezz tal-impetu gdid bl-implementazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali.

Dan il-kuncett ta’ school effectiveness ghandna nwessghuh lil hinn minn dak li jigri fil-klassi waqt il-hin tal-iskola. L-iskejjel huma fost l-oqsma li qeghdin igawdu minn investiment kontinwu, fl-ambjent fiziku f’facilitajiet ghall-isport, ghad-drama f’taghmir tal-IT. Huwa wara l-hin tal-iskola fejn gruppi ta’ zghazagh jistghu jaghmlu attivitajiet li minnhom infushom huma mezz ta’ edukazzjoni informali. Huwa wara l-hin tal-iskola li jistghu jsiru programmi ta’ edukazzjoni fil-komunita`. Irrid nara aktar skejjel jifthu l-bibien taghhom lil gruppi ta’ tfal u zghazagh bhal ma huma scout groups, klabbs tal-futbol, ecc.

It-twaqqif tal-Kullegg Malti tal-Arti, Xjenza u Teknologija huwa celebrazzjoni kemm tal-valur tal-effettivita` tas-sistema edukattiva taghna kif ukoll tal-valur ta’ opportunitajiet indaqs. Dan hu qasam li kellu bzonn investiment qawwi biex ikollna alternattiva ghall-edukazzjoni universitarja u biex naqdu wisq ahjar il-bzonnijiet tal-ekonomija tal-pajjiz. L-opportunitajiet godda li qeghdin jinholqu f’dan il-Kullegg huma incentiv sabiex studenti li waqghu lura jistghu permezz ta’ korsijiet li jappellawlhom, jakkwistaw il-hiliet sabiex jippartecipaw fid-dinja tal-lum u ta’ ghada. Permezz tat-taghlim vokazzjonali, hloqna rotta sabiex dawk li r-rotta akkademika ma tappellalhomx, jistghu ikomplu jispecjalizzaw anke sa livell ta’ 1st Degree. Diga` saru passi ta’ gganti f’din id-direzzjoni, izda t-triq hija wisq itwal minn dik li mxejna diga`. Ghandna l-vizjoni, nafu x’inhi l-missjoni specifika taghna u determinati li nwettquha.

Ghan ewlieni taghna hu li jkollna skejjel awtonomi li jistghu iwettqu minghajr xkiel il-programm edukattiv taghhom. Nixtiequ naraw lid-Divizjoni tal-Edukazzjoni tizviluppa bhala regolatur fuq l-iskejjel kollha fil-pajjiz aktar milli amministratur centrali tas-sistema edukattiva.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ta l-importanza u l-attenzjoni misthoqqa lill-incidenti li nqalghu fl-iskejjel jew qribhom meta xi genituri attakkaw lil ghalliema. F’kull okkazzjoni ttiehdu l-passi kollha mehtiega permezz tal-koperazzjoni shiha li nghatat mill-Pulizija. Il-Ministru ha hsieb li tizdied kif jixraq il-piena ghal kull min jattakka lil ghalliema waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u jinstab hati ta’ reat. Mhux biss. Diga` saru arrangamenti biex l-ghalliema li jghaddu minn din it-trawma jinghataw l-ghajnuna psikologika mehtiega permezz tad-Divizjoni tal-Edukazzjoni bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi.

Jekk tistaqsu jekk dan kollu li sar matul is-snin kienx bizzejjed, inkun minn tal-ewwel li nghid li ghad fadlilna hafna u hafna x’naghmlu flimkien. Il-vizjoni taghna hija wiesgha u fit-tul. Izda r-riformi hafna drabi jiswew somom kbar ta’ flus. Wiehed mill-ostakli ghat-twettieq ta’ dak kollu li rridu naghmlu hu l-problema finanzjarja. Bizzejjed infakkru l-impenn tal-gvern li matul ftit snin se jkun ivvota aktar minn Lm6,000,000 biex ikun jista’ jitwettaq sew il-kurrikulu. Ghalkemm il-Ministeru jaghmel talbiet sostanzjali ghal zidiet fil-voti rikorrenti u kapitali, ma jistax jahseb li m’hemmx bzonnijiet ohrajn minbarra dawk tal-edukazzjoni.

Wara li l-Ligi ta’ l-Edukazzjoni tal-1988 poggiet il-professjoni tal-ghalliema fuq bazi aktar soda, kien intlahaq ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers li kompla jiftah opportunitajiet godda ghall-ghalliema biex jimxu ‘l quddiem fil-karriera taghhom fi strutturi u f’pozizzjonijiet godda. Ziediet sostanzjali saru fl-ghadd ta' Assistenti Diretturi, Education Officers, Subject Co-ordinators, Ghalliema Peripatetici f’diversi oqsma tal-Kurrikulu. Flimkien mal-MUT u l-GWU tnehhew id-differenzi serji fil-kundizzjonijiet tax-xoghol li kien hemm bejn l-Instructors u t-Teachers. Dan kollu ssahhah permezz ta’ zidiet sostanzjali fis-salarji. Tant inholqu opportunitajiet li llum f’certi pozizzjonijiet qed insibu li mhux qeghdin japplikaw kandidati bizzejjed.

Sa certu punt sodisfatti b’dak li ghamilna flimkien s’issa. Izda ghad fadal hafna xi jsir. Irridu nkomplu nahdmu flimkien biex kemm il-professjoni tal-ghalliema kif ukoll l-edukazzjoni tal-istudenti jimxu ‘l quddiem flimkien u b’mod konkret, mhux sempliciment f’dikjarazzjonijiet.

Dan irid jitwettaq fl-ambitu tas-socjeta` Maltija u fil-kuntest tas-servizz pubbliku. Sar titjib f’kull qasam, kategorija u grad tas-sistema edukattiva, kemm f’salarji, kundizzjonijiet u beneficcji ohrajn. Nittamaw li nkomplu ntejbu l-qaghda matul is-snin li gejjin, anke permezz ta’ diskussjonijiet li ghaddejin bhalissa. Izda wiehed irid izomm quddiem ghajnejh l-effett ta’ dak li jintalab fuq il-gradi professjonali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni kif ukoll gradi ohra analogi fis-servizz pubbliku. Mill-banda l-ohra, wiehed ma jistax jinjora, anqas, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjizna fid-dinja llum.

Il-Ministeru mistenni jifformola l-policies, il-programmi u l-progetti flimkien ma’ kull min ghandu interess fil-qasam edukattiv u fl-istess hin jipprovdi l-ghodda mehtiega. Imbaghad kull ghalliem mistenni juza l-ghodda li jinghata b’mod effettiv, b’dedikazzjoni, b’impenn u b’perseveranza. Iva: il-professjoni taghkom hija specjali, hija missjoni u vokazzjoni. U s-socjeta` tistenna hafna minnkom ghaliex qeghda tafdalkom il-prezent u l-gejjieni tal-pajjiz. Il-vokazzjoni taghkom hija difficli bhalma hija l-missjoni tal-Ministeru taghna. Izda flimkien nistghu naghtu l-ahjar possibbli lil uliedna, lil pajjizna.

Nirringrazzjakom u nawguralkom xoghol li jhalli frott matul din il-Laqgha Generali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow