Il-Ministru tal-Finanzi John Dalli jipprezenta karozza lill-Community Chest Fund
Il-Ministru tal-Finanzi l-Onor. John Dalli ipprezenta karozza tat-tip Volks Wagen Polo lill-E.T. il-President ta’ Malta, il-Professur Guido de Marco li rceviha f’isem il-Community Chest Fund.
Waqt il-prezentazzjoni, il-Ministru Dalli qal li l-karozza kienet wahda mill-premjijiet imtella’ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabiex tippromwovi il-bejgh mill-Ajruport. Huwa qal li kien deciz li l-karrozza tinghata lil Community Chest Fund wara li l-istess karrozza inghatat lura mid-Dipartiment tal-Lottu, minhabba li r-rebbieh ma pprezentax ruhu.
Il-President ta’ Malta irringrazzja lill-Ministru John Dalli ta’ din id-donazzjoni li ddeskriviha bhala gest ta’ solidarjeta’. Huwa stqarr li din ser isservi ta’ ghajnuna lill-Community Chest Fund fil-missjoni taghha sabiex tghin istituzzjonijiet u ghaqdiet filantropici fil-hidma taghhom favur min hu fil-bzonnn. Il-Professur Guido de Marco qal ukoll li s-sena li ghaddiet inghataw iktar minn Lm212,000 f’ghajnuna mill-Community Chest Fund lil individwi fil-bzonn, istituzzjonijiet, u ghaqdiet filantropici.
Il-karrozza inghatat mill-kumpanija Continental Cars.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN