Left arrow Go Back

bejgħ ta’ vetturi minn bejjiegħa mhux liċenzjati

PR785
Date Icon 04/06/2002

L-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jixtieq ifakkar li kull min qiegħed jinnegozja vetturi minn xi sit, għandu jkollu liċenzja tan-negozju. Dawk kollha li qegħdin jinnegozjaw vetturi bla ma’ għandhom liċenzja tan-negozji qegħdin jiksru l-liġi.

Fil-każ ta’ bejgħ ta’ vetturi, jidher li hawn diversi bejjiegħa li qed ibiegħu vetturi minghajr ma huma liċenzjati biex jiġġestixxu dan it-tip ta’ negozju.

Għal din ir-raguni qed tingibed l-attenzjoni lil min qiegħed jiggestixxi dan in-negozju biex japplika għal-liċenzja tan-negozju, jekk irid li jibqa’ f’dan in-negozju.

Hadd ma jista’ jipparkja vetturi fit-triq li jkunu jidhru li huma ntenzjonati għall-bejgħ.

Qegħdin jidhru diversi vetturi fit-toroq li jkollhom numru tat-telefon jew tabelli For Sale. Dan huwa abbuż li jeħtieġ li jieqaf. Ma jistax ikun li jibqa’ jkollna min ibiegħ karozzi u kull xorta ta’ vettura minn spazji pubbliċi, li huma ntenzjonati għall-ipparkeġjar ta’ vetturi.

Huwa wkoll kontra l-liġi li jkunu organizzati kull xorta ta’ fieri f’art pubblika li fihom isir bejgħ ta’ vetturi nhar ta’ Ħadd. Bl-Avviż Legali li jirregola l-ħruġ tal-liċenzji mill-Kunsilli Lokali, kull attivita’ ta’ fiera li tinkludi bejgħ, jenħtieġ li jkollha permess tal-Kunsill li jinħareġ bl-approvazzjoni tat-Trade Licensing Unit.

Din l-istqarrija qed issir biex tinġibed l-attenzjoni ta’ dawk kollha li huma nvoluti, biex min irid jibqa’ fin-negozju, jara li japplika għal-liċenzja tan-negozju. Min qed iwettaq xi irregolarita’ permezz ta’ vetturi pparkjati llegalment fit-toroq, meta jidhru li huma ntenzjonati għall-bejgħ, dawn ghandhom jitneħħew minnufih, biex dan l-abbuż ikun ikkontrollat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow