Prezentazzjoni ta’ cheque lill-Malta Football Association mill-Ministru tal-Finanzi
Il-Ministru tal-Finanzi l-Onor. John Dalli ipprezenta cheque ta’ Lm10,000 lill-Malta Football Association. Il-Ministru qal li din l-ghajnuna tinghata ta’ kull sena u tittiehed mill-fondi migbura mil-lotterija.
Huwa qal li din l-ghajnuna tinghata mhux biss lil MFA, izda wkoll lil numru ta’ ghaqdiet filantropici u sportivi. Il-Ministru Dalli stqarr li l-ghajnuna tinghata sabiex l-MFA tkun tista ssahhah il-loghba tal-futbol fil-pajjiz u l-facilitajiet ta’ l-MFA
Waqt din il-prezentazzjoni il-Ministru John Dalli habbar ukoll li dawn it-tip ta’ donazzjonijiet ser jibqghu jinghataw anke fil-futur meta il-lottu pubbliku jkun privatizzat permezz ta’ fond apposta li gie provdut fil-ligi li ghaddiet ftit xhur ilhu mill-Parlament.
Dr. Joe Mifsud li rcieva c-cheque f’isem l-MFA, irringrazzja lill-Ministru u lid-Dipartiment tal-Lottu Publiku ghal din id-donazzjoni u qal li din id-donazzjoni ser isservi ta’ ghajnuna specjalment fl-ispejjez ta’ l-ivjaggar tal-clubs Maltin li ser jiehdu sehem fl-Intertoto u fl-organizazzjoni tas-Super 5 Cup.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN