PUNTI MID-DISKORS TAL-MINISTRU GHAT-TURIZMU, L-ONOR. DR. MICHAEL REFALO, FIL-LAQGHA GENERALI TAR-‘RENT-A-CAR ASSOCIATION’
- JIDHLU FIS-SEHH REGOLAMENTI GODDA
- HATRA GHAS-SEGRETARJU GENERALI TAR-RACA
- IL-QAGHDA INTERNAZZJONALI TAL-INDUSTRIJA TAT-TURIZMU.
- IS-SWIEQ EWLENIN LEJN MALTA JIRPILJAW.
- SAJF TAJJEB GHAL MALTA U GHAWDEX.
Meta l-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo indirizza l-laqgha generali annwali tar-Rent A Car Association, l-Ghaqda tas-Sidien tal-Karozzi ghall-Kiri, habbar li fil-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta’ Mejju, u b’effett mill-istess jum, kien dahhal fis-sehh korp shih ta’ regolamenti taht l-Att XII tal-1999, dwar is-Servizzi tal-Ivvjaggar u tat-Turizmu ghal Malta (Kap 409).
Waqt li r-regolamenti godda ssostitwew legislazzjoni antika, ittiehded ukoll okkazjoni biex tiddahhal legislazzjoni ohra, fosthom dwar il-Bord tal-Appelli dwar it-Turizmu.
Dan biex jigu regolati l-metodu u l-procedura li tintuza’ sew mill-Bord tal-Appell kif ukoll minn min jappella minn decizjoni tal-Awtorita’. “Hsibna biex dawn ir-regolamenti jkunu semplici u jhaffu l-process ta’ appell biex ma jkunx hemm dewmien fl-ghoti ta’ decizjonijiet.”
Il-Ministru Refalo, qal li r-regolamenti tfasslu wara konsultazzjoni wiesgha ma’ l-ghaqdiet li ghandhom interess f’kull qasam. Heggeg lill-operaturi fit-turizmu jistudjawhom sewwa u jgharfu d-dmirijiet u obbligi taghhom, l-aktar ghaliex ir-regolamenti, skond il-ligi li ghaddiet unanimament mill-Parlament, ma jippermettux lill-Bord tal-Appell jaghti mahfriet kondizzjonati jew perjodu ta’ probation.
Il-Ministru qal li dwar dawn ir-regolamenti kollha, kien ser jitkellem f’okkazjonijiet ohra, izda ghazel li jsemmi r-regolamenti dwar l-Appelli proprju ghax wiehed miz-zewg Chairmen tal-Bord mahtur mill-Prim Ministru kien is-Segretarju Generali tar-RACA. Il-Ministru Refalo ferah lill-Avukat Manwel Mallia, li minkejja l-impenji professjonali mhux zghar li ghandu, isib il-hin, l-energija u l-ghaqal li jmexxi r-RACA, u ghalhekk irringrazzjah talli accetta b’impenn in-nomina li saritlu mill-Prim Ministru.
Il-Ministru fakkar li mhabba mpenji ohra fl-istess jum kien ilu zmien nieqes milli jindirizza laqgha tar-RACA. “Hu ghalhekk, biex inpatti, li ghazilt li llum naghtikom rendikont shih dwar il-qaghda attwali fl-industrija tat-turizmu, dwar kif intlaqatna mill-krizi tal-11 ta’ Settembru, 2001; dwar fejn qed nirpiljaw, fejn le, u dwar il-prospetti ghall-gejjieni.”
Ghalkemm l-interess tal-operaturi Maltin jiffoka fuq il-qaghda ta’ pajjizna, Malta ma tistax tinqata’ mix-xejriet generali tal-bqija tad-dinja. Il-Ministru Refalo zvela li skond ir-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turizmu (WTO) meta mqabbel ma’ Settembru – Frar 2000 / 2001, il-perjodu Settembru 2001 sax-xahar ta’ Frar 2002 juri telf ta’ 18-il miljun booking ghal titjiriet bl-ajru. Dan johrog mir-records tas-sistema Amadeus.
“Ma jistax jonqos li Malta, giet effetwata wkoll. Biex taghqad, ghar-ragunijiet li tafu, bhal hafna destinazzjonijiet ohra, ghaddejna sena difficli fl-2001. Il-qaghda ekonomika dinjija u b’mod specjali dik fil-Germanja laqtuna. Bhal medja tad-dinja garrabna telf fil-volum, fil-qliegh izda mhux fin-numru totali ta’ ljieli li damu fostna t-turisti, waqt li ghal kuntrarju li gara’ f’pajjizi ohra, fil-qasam tal-impiegi, l-industrija assorbiet ix-xokk minghajr telf kbir. L-effett ewlieni tal-grajjiet tal-11 ta’ Settembru, 2001, kien li sitwazzjoni hazina saret izjed imweghra.”
“Ir-rapport tad-WTO jghid li “international arrival figures for 2001 show clearly that this normally buoyant industry was already suffering growth reductions before the atrocities of the 11th September” u jkompli jghid li fil-perjodu bejn Jannar u Awissu 2001 ga kien hemm telf ta’ aktar minn 1%. Paragunat mal-qaghda taghna, li sa dak iz-zmien konna tlifna 0.9%, johrog li Malta kienet miexja parilja mal-medja tal-bqija tad-dinja.”
Ir-rapport tad-WTO jkompli jghid li x-xhur kollha tal-perjodu li semmejt, “showed lower demand pressure, with September being the worst month during this period. There was a period of relative recovery lasting from October to February, followed by another downturn in demand, possibly due to causes that already existed before the September crisis.”
Il-Ministru Refalo fakkar li kien gie mahtur membru tat-Tourism Recovery Committee tad-WTO u li ghalhekk seta’ jsegwi, kwazi ta’ kull jum, l-izviluppi u x-xejriet fl-industrija.
“Illum kburi li bil-hidma u finanzjament akbar tal-Gvern, flimkien ma’ l-impenn tal-MTA, tal-Air Malta, u tas-settur privat, ewlenin l-MHRA u l-FATTA, irnexxielna niehdu mizuri f’waqthom u tajbin, tant li llum nistghu nhabbru b’izjed certezza li ser ikollna sajf tajjeb.”
Il-Ministru Refalo qal li zball jaghmel min jikkummenta dwar nuqqas fil-volum minghajr ma’ jistharreg l-istatistika. “Zball jekk ma niftakrux li s-Swissair m’ghadhiex tezisti u li s-Swiss mhux qed topera lejn Malta. Din il-linja kienet iggorr aktar minn nofs it-turisti Svizzeri kif ukoll eluf ta’ turisti mill-pajjizi Skandinavi u mill-Gappun.”
“Zball ukoll jekk ma nirrejalizzawx li minhabba l-krizi, l-Air Malta qatghet ghadd ta’ servizzi mill-Lvant Nofsani u l-Israel. Dawn ukoll ifissru volum. Hekk ukoll min jinsa li ghal din is-sena ntilfet kumpanija kbira mill-Iskandinavja. Veru li ser terga’ tkun maghna sena ohra, izda din is-sena mhijiex.
Veru wkoll li naqas ix-xoghol mil-Libja, izda dan kien prevedibbli wara li tnehhew is-sanzjonijiet. Meta tghoddu dan kollu jfisser eluf ta’ turisti neqsin.”
Il-Ministru Refalo qal li kellu f’idu nformazzjoni aktar certa mill-indikazzjonijiet li hargu mill-istharrig tal-Air Malta u tal-MIA ghax-xhur ta’ Marzu – April li jittiehdu flimkien biex il-paraguni jassorbu l-effett dwar f’liema xhar ikun gie l-Ghid.
“Niehu gost inhabbrilkom li f’dawn ix-xahrejn mis-suq Ingliz kellna zieda. Hekk ukoll minn Franza u mill-Italja. Is-suq Germaniz beda juri sinjali cari li qed jirpilja u jidher, li ghalkemm ghadna taht, Malta sejra ahjar mill-medja. Is-suq Olandiz, u dak Russu qeghdin fl-istess livelli tas-sena li ghaddiet, waqt li hemm swieq ohra fosthom l-Izvizzera, dawk Skandinavi, il-Libja u l-USA, fejn il-volum ghadu taht il-livelli tas-sena li ghaddiet.”
Il-Ministru qal li dan ifisser li jidher li fis-swieq kollha principali ta’ Malta kien hemm sinjali cari u rizultati positivi ta’ qawmien mill-gdid tal-industrija. “Ghalhekk meta f’Dicembru li ghadda bassart li bhala minimu kien ser ikollna aktar minn miljun u mitt elf turist fl-2002 u xi gimghat ilu meta kkonfermajt li kien ser ikollna sajf tajjeb, hekk ukoll illum mill-informazzjoni li ghandi, li ma tinkludix turisti li gew bil-bahar, nista’ nerga’ nghidilkom b’izjed certezza li Malta u Ghawdex, intom u shabkom, l-operaturi l-ohra fil-qasam tat-turizmu, il-Maltin u l-Ghawdxin kollha ser tgawdu sajf tajjeb.”
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN