Left arrow Go Back

L-IMPENN TAL-GVERN GĦAL NEGOZJI SOSTENIBBLI: LM1,050,000 LIRA IVVUTATI GĦAL TITJIB INFRASTRUTTURALI F’ŻONI INDUSTRIJALI

PR763
Date Icon 30/05/2002

Punti mid-diskors tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo, waqt it-tnedija ta’ programm dwar il-kwalità ghall-manifatturi zghar u t-thabbir tat-tkomplija ta’ xoghol infrastrutturali f’zoni industrijali godda.

L-impenn tal-Gvern qed iwassal biex tingħata għajnuna sħiħa u kompleta biex taslu li jkollkom l-aħjar ċirkostanzi li jwasslu lejn negozji sostenibbli. Lm 1,050,000 lira huma vvutati għall-titjib infrastrutturali f’żoni industrijali li ma jaqgħux taħt l-M.D.C.

B'riżultat ta' l-eżerċizzju ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri fl-applikazzjoni tal-permessi tan-negozju li sa ftit ilu kienu jissejħu liċenzji tal-Pulizija, ser tintbagħat formola ta' applikazzjoni mingħand it-Trade Licensing Unit, li huwa d-Dipartiment li sar responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju, lill-imprendituri f’zoni industrijali li mhumiex ta’ l-M.D.C. Min għal xi raġuni jew oħra għadu mhux illiċenzjat huwa mitlub li japplika biex jirregolarizza ruħu u jserraħ rasu li hu liċenzjat .

Qatt daqs illum ma jista’ jkun hawn opportunità daqshekk faċli biex issir applikazzjoni għal-liċenzja tan-negozju. Illum kemm-il darba għandek permess ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar għall-bini li fih qed taħdem, tista’ tapplika għal-liċenzja tan-negozju.

L-inizjattiva li jitwasslu dawn il-formoli qed tittieħed mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, kif ukoll mill-iSmall Business Unit li qed taħdem bħala ċ-ċentru ta' informazzjoni għal min ikun irid jistaqsi dwar dan il-proċess ta’ l-applikazzjoni.

Wara li diġà bdiet ħidma ta' għoti ta' servizz infrastrutturali fiż-żoni industrijali li ma humiex taħt ir-responsabbilità tal-Malta Development Corporation, bħalma huma Ħaż-Żebbuġ, l-Imrieħel u l-Ħandaq fejn saru xogħlijiet ta’ servizzi ta’ dawl, dranaġġ u tarmak, issa ser jibda x-xogħol ukoll fiż-żoni industrijali ta’ l-inħawi ta’ Fort Road, il-Mosta kif ukoll Ta’ Dalli Industrial Estate, il-Gudja, fejn ser jibda bini ta’ substations u xogħol ta’ dawl, dranaġġ u toroq. B’hekk inkomplu nsaħħu l-impenn tal-Gvern li ngħollu l-kwalità ta’ l-ambjent fejn jopera l-manifattur iż-żgħir Malti.

Nixtieq ukoll nieħu l-opportunità li nħabbar skeda ta’ attivitajiet u seminars li tnedew mill-European Information Centre, il-Malta Standards Authority, l-Institute for thePromotion of Small Enterprises, l-Intellectual Property Registrations Directorate, il-Malta External Trade Corporation. u s-Small Business Efficiency Unit li lkoll jaqgħu taħt ir-responsabbilità ta’ dan il-Ministeru. Dawn huma inizjattivi dwar il-kunċett ta' kwalità li jgħinu lill-imprenditur Malti jgħolli l-istandards tal-ħidma u s-servizz tiegħu filwaqt li jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ l-imprenditur kull support li jeħtieġ dwar il-kwalità u l-istandards fix-xogħol.

L-impenn tal-ħidma tal-Gvern qed iwassal biex tingħata għajnuna sħiħa u kompleta lejn negozji sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow