Left arrow Mur Lura

HATRA TA’ KONSULENT TAL-GVERN MALTI GHAS-SUMMIT DINJI DWAR L-IZVILUPP SOSTENIBBLI

PR762
Date Icon 30/05/2002

Is-Sur Michael Zammit Cutajar inhatar bhala konsulent tal-Gvern Malti ghas-Summit Dinji dwar l-Izvilupp Sostenibbli li ser isir f’Johannesburg, l-Afrika t’Isfel, f’Settembru. Dan habbru l-bierah is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino, waqt li kien qed imexxi it-tieni laqgha tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Izvilupp Sostenibbli.

Is-Sur Zammit Cutajar qatta parti kbira mill-karriera tieghu jahdem ghan-Nazzjonijiet Uniti f’materji li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjnet. Huwa kien is-Segretarju Ezekuttiv tal-Kumitat Intergovernattiv dwar in-negozjati ghat-Tibdil tal-Klima, li kien responsabbli biex hejja t-test finali tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil tal-Klima (United Nations Framework Convention on Climate Change – UNFCCC). Huwa zamm il-kariga ta’ Direttur tas-Segretarjat tal-UNFCCC sa ftit ilu.

Waqt l-istess laqgha, il-Perit George Pullicino accenna ghall-pozizzjoni li ser tiehu Malta f’Johannesburg, li ser tkun dik li ntlahaq ftehim dwarha waqt il-laqgha tal-Ministri ta’ l-Ambjent tal-pajjizi applikanti ghad-dhul fl-Unjoni Ewropea li saret f’Malta, il-gimgha li ghaddiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow