SERVIZZI TA’ MEDJAZZJONI F’ TAL-PIETÀ OFFRUTI MILL-KUNSILL LOKALI
Il-Ministru Austin Gatt ikkongratula lill-Kunsill Lokal tal-Pietà ghall-inizjattiva li ha li jintroduci s-servizz ta’ medjazzjoni fil-komunità. Din hija l-ewwel inizjattiva tax-xorta taghha. Il-Ministru fisser li jekk din tirnexxi, jista’ jnaqqas milli l-argumenti u l-inkwiet jeskala quddiem il-Qrati.
Hu qal li hija fil-kultura taghna li jkollna ammont ta’ piki. Fil-fatt jekk wiehed janalizza uhud mill-kawzi li hemm fil-Qrati taghna isib li hemm numru ta’ kawzi marbutin ma’ kwistjonijet bejn girien.
Il-Ministru Gatt fisser li jekk is-servizz jirnexxi niffrankaw ghadd ta’ rizorsi. Huwa sahaq li importanti li l-Kunsill Lokali jippromwovi dan is-servizz fost ir-residenti sabiex ikun uzat bl-ahjar mod.
Hu sahaq li bhala Ministru tal-Gustizzja dejjem ippromwova strutturi alternattivi ghall-Qorti. Dawn jinkludu l-Arbitragg u l-Medjazzjoni. Dawn huma zewg soluzzjonjiet li ghandhom is-sahha ta’ decizjonijiet tal-Qrati.
Sadanittant Dr. Gatt fisser li dan is-servizz huwa ezempju iehor ta’ kif il-Kunsilli Lokali qed itejbu l-livell tal-ghixien fil-komunitajiet rispettivi.
Prezenti ghat-tnedija kien hemm ukoll is-Sindku tal-Pietà Malcolm Mifsud u Audrienne Spiteri Gonzi, direttrici ta’ l-organizzazzjoni Concordia.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN