Left arrow Mur Lura

SERVIZZI TA’ INFORMAZZJONI BL-E-MAIL MID-DOI

PR757
Date Icon 29/05/2002

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qed joffri Servizzi ta’ Informazzjoni bl-e-mail(Direct Mailing Services) miftuħa għall-e-mail users kollha. Tlieta minn dawn is-servizzi huma avviżi ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern dwar Opportunitajiet ta’ Impjiegi fis-Settur Pubbliku, Boroż ta’ Studju u sejħiet għal Tenders maħruġa minn Dipartimenti tal-Gvern u aġenziji tagħhom, kif ukoll mill-Kunsilli Lokali. Dawn is-servizzi jingħataw lill-abbonati permezz ta’ l-e-mail, f’kull ġurnata li fiha toħroġ il-Gazzetta tal-Gvern, normalment kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa.

Servizzi oħra li qed jiġu offruti huma Stqarrijiet uffiċjali u Ritratti għall-Istampa maħruġa mid-DOI normalment f’kull ġurnata tax-xogħol, u Djarju ta’ kull xagħar ta’ attivitajiet tal-Gvern u avvenimenti ta’ importanza nazzjonali.

Kull min għandu l-e-mail jista’ japplika għal dawn is-servizzi, li huma kollha bla ħlas, billi jidħol fil-website tad-DOI www.doi.gov.mt u permezz ta’ link bl-isem "DOI Direct Mailing Services", jagħżel is-servizzi li jixtieq u jirreġistra t-talba tiegħu billi jagħti ismu u l-indirizz ta’ l-e-mail tiegħu. Ir-reġistrazzjonijiet kollha jiġu konfermati fi żmien ġurnata tax-xogħol, u s-servizzi jibdew jingħataw fi żmien tlett ijiem mill-ġurnata tar-reġistrazzjoni.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq Freephone 153 jew jiġi fl-uffiċċju tal-Customer Care tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, 3 Pjazza Kastilja, Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow