l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jaghlaq is-seminar organizzat mid-divizjoni tal-kummerc fuq it-tema: "Ipproteġi d-Drittijiet Intelletwali tiegħek" - 28 ta’ Mejju 2002
“F'pajjiżna qegħda ssir ħidma biex jkollna servizz aħjar u aktar effiċjenti b'risq il-proċess ta' reġistrazzjoni tat-trade marks kif ukoll li nħarsu d-dmir li naraw li jkollna leġislazzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Intellectual Property.
Illum meta għandna negozju fejn l-ismijiet tan-negozji, l-brand names, id-disinn ta' prodott, l-ideat wara ħsieb, saru kapital ta' kull negozju, irridu naraw li jkollna negozji li jagħrfu din ir-realta’ kif ukoll naraw li jkollna l-aħjar sistemi kif nipproteġu dawn id-drittijiet ta’ l-imprendituri u l-artisti tagħna.
Konferenza bħal din turina l-importanza li jkollna mekkaniżmu effiċjenti u effettiv. Permezz ta' leġislazzjonijiet kif ukoll permezz ta' struttura ta’ servizz, illum nistgħu ngħidu li f'pajjiżna għandna mpenn sħiħ li jkollna l-aħjar leġislazzjonijiet kif ukoll l-aħjar servizz lis-settur imprenditorjali permezz ta’ l-Intellectual Property Office. Fid-Divizjoni tal-Kummerc."
Dawn il-kummenti ghamilhom l-Onor Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, fl-egħluq ta' konferenza li saret fil-Furjana, bit-tema "Ipproteġi d-Drittijiet Intelletwali tiegħek".
Is-Segretarju Parlamentari Vassallo kompla jispjega l-ħtieġa li l-imprenditur jifhem li għandu servizz li jista’ jiġi mogħti lilu mill-Industrial Property Office f'Lascaris il-Belt, li f'dawn l-aħħar xhur ġew mogħtija uffiċini ġodda bil-ħsieb li s-servizz jitjieb u jkun aktar effiċjenti.
"Meta l-Gvern qiegħed jagħmel l-isforz tiegħu biex itejjeb dan is-servizz, il-Gvern ikun ukoll qed itejjeb is-servizz tiegħu lejn min qiegħed fin-negozju, tant li issa, l-impenn tal-Gvern huwa li permezz ta' dan id-Dipartiment jorganizza kampanja edukattiva li twassal biex aktar imprendituri jifhmu l-ħtieġa li jkollhom l-ismijiet tan-negozji tagħhom irreġistrati. Dan huwa mod ta’ kif l-imprendituri jagħtu valur lin-negozji tagħhom."
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jispjega kif il-Gvern ser jemenda l-liġi u qed jara li titwettaq ħidma li tkun fuq l-istess linji bhalma hemm fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea.
"Il-Gvern huwa mpenjat li mas-settur tan-negozji jwettaq dmiru kif impenja ruhu li jagħmel meta rratifika iċ-Ċharter Ewropew għall-Intrapriżi ż-Żgħar, u għalhekk dan ifisser li s-servizz tal-Gvern lejn min qiegħed fin-negozju, ser ikun servizz effiċjenti u effettiv daqs servizzi li l-kompetituri tan-negozji tagħna, li qegħdin fl-Unjoni Ewropeja, qed jirċievu mingħand il-Gvernijiet tagħhom."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN