Left arrow Go Back

ACCESS GHALL-Servizzi Elettronici ghall-Anzjani u Persuni b’ dizabilitÀ

PR753
Date Icon 28/05/2002

"Konformi mal-politika u l-vizjoni li ghandu dan il-Gvern ghal dan il-qasam, qed naraw li hadd ma jibqa’ lura milli jibbenefika mis-servizzi li qed noffru". Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt meta llum, flimkien mal-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi, nieda numru ta’ servizzi elettronici ghall-anzjani u l-persuni b’dizabilità.

Il-Ministru Gatt ferah lill-Ministeru ghall-Politika Socjali, li mill-ewwel fehem, il-beneficcji li jistghu jinkisbu mit-teknologija ta’ l-informatika u wera mpenn biex jibdel il-mod kif jinghataw is-servizzi offruti minnu. Dawn huma servizzi importanti mmirati lejn l-anzjani u l-persuni b’dizabilità. Dawn is-servizzi, kompla Dr. Gatt, tradizzjonalment kienu jinghataw minn ghadd ta’ dipartimenti varji u issa ngabru flimkien, biex jinghataw minn sors wiehed. Dan kien ifisser xoghol kbir mhux biss fuq il-qasam teknologiku izda process intern fid-dipartimenti varji li jipprovdu s-servizz.

Grazzi ghall-politika elettronika lokali, dawn is-servizzi jistghu jinkisbu wkoll minn min m’ghandux access ghall-internet, mill-Kunsilli Lokali. Dan huwa frott tal-politika tal-Gvern favur aktar devoluzzjoni lill-Kunsilli Lokali, kif ukoll li nibnu l-politika taghna madwar il-htigijiet tal-komunitajiet taghna. Dan huwa it-tielet servizz li qed jigi offrut mill-Kunsilli Lokali, li kienu jinkludu s-servizz tal-hlas tal-kirjiet tal-Gvern, servizz li digà ntuza minn iktar minn 30,000 ruh, u s-sistema tal-hlas tat-tigdid tal-licenzji tan-negozju.

Il-Ministru Austin Gatt habbar li digà kien hemm 43 kunsill li ffirma l-ftehim mal-Gvern, filwaqt li l-kumplament, esprimew interess li joffru dawn is-servizzi u ghandhom jiffirmaw il-ftehim fil-granet li gejjin.

Il-Ministru Austin Gatt kompla jghid li l-Gvern huwa determinat li jattakka d-digital divide b’mod aggressiv Dan qed isir grazzi ghall-programm u diversi inizjattivi li qed jiehu, li jinkludi li jissieheb mal-ISPs biex kull Kunsill Lokali jkollu Internet Café, li joffri access b’xejn lill-komunità, il-ftuh ta’ l-iskejjel wara l-hin ta’ l-iskola biex jintuzaw bhala centri ta’ taghlim tal-kompjuter kif ukoll l-installazzjoni ta’ mitt webphone madwar Malta u Ghawdex, minn fejn wiehed jkun jista’ jaqbad ma’ l-internet.

Il-Ministru Gatt irrefera wkoll ghall-progett li permezz tieghu, fi hdan l-Università, qed isir programm li jibdel text f’diskors u vice versa, li ghandu jiffacilita l-uzu tal-kompjuters fost il-persuni b’dizabilità.

Il-Ministru Gatt sostna li dak li qed isir huwa dovut ghall-politika tal-Gvern li mhux biss tiffoka fuq it-teknologija, izda qed thares ukoll lejn il-htigijiet tas-socjetà Maltija. Dan huwa dovut ukoll ghall-investiment li ghamel dan il-Gvern fil-qasam tal-IT, li jikkontrasta mal-mod kif l-istess investiment ikkrolla bejn l-1996 u l-1998, taht l-amministrazzjoni precedenti. Jikkontrasta wkoll mal-pozizzjoni li kien hemm fl-1987, fejn kien hemm bzonn li taghti garanzija li ma tkecci lil hadd mill-impjieg biex wiehed ikun jista’ jkollu computer. Dan kollu huwa marbut mal-vizjoni tal-Gvern, kif ukoll mal-fiducja li ghandu l-Gvern fil-kapacitajiet tal-Maltin u l-Ghawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow