TNEDIJA TA’ Servizzi elettronici ghall-Anzjani u Persuni b’DizabilitÀ
Il-programm ta’ l-eGovernment qed iressaq lill-Gvern aktar fil-qrib tal-bzonnijiet tac-cittadini Maltin u Ghawdxin, filwaqt li qed jixpruna sabiex titnaqqas il-burokrazija u jehfief il-process sabiex kulhadd ikollu l-possibiltà li jibbenefika minn numru ta’ servizzi tal-Gvern. Fost dawn hemm ghaxar servizzi ghall-anzjani u persuni b’dizabilità, li issa ser ikun possibbli li wiehed japplika ghalihom permezz ta’ l-internet mill-Kunsill Lokali, mill-Ufficcji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali jew inkella mill-kumdità tad-dar.
Matul dawn ix-xahrejn, ghaddej ukoll programm intensiv ta’ tahrig lil 270 ufficjal fil-Kunsilli Lokali u fil-Ministeru, sabiex ikunu f’pozizzjoni li jaghtu dawn is-servizzi lil min ghandu bzonnhom. Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha gew imnedija s-servizzi elettronici ghall-anzjani u persuni b’dizabilità.
Il-Vici Prim Ministru fakkar kif sentejn ilu, il-Gvern ha d-decizjoni li jiftah dawk is-servizzi fil-komunità li qabel kienu jinghataw lill-anzjani, ghall-persuni b’dizabiltà sabiex b’hekk, is-servizz illum qieghed jinghata fuq il-bazi ta’ bzonn u mhux ta’ età.
Il-Ministeru ghall-Politika Socjali huwa attiv hafna fil-qasam ta’ l-informatika u waqqaf infrastruttura apposta sabiex jipprovdi sistemi effettivi ta’ komunikazzjoni ghall-dawk kollha li jikkomunikaw mal-Ministeru permezz ta’ l-email, kompla jispjega l-Ministru Gonzi.
Fil-fatt, f’kull Dipartiment jew entità li taqa’ taht ir-responsabbiltà tal-Ministeru ghall-Politika Socjali, gie appuntat eCommunications Focal Point, sabiex jirrispondi b’mod effettiv l-ilmenti u s-suggerimenti kollha li jidhlu permezz ta’ l-e.mail. Fil-fatt minn Frar ta’ din is-sena, digà gew rekordjati ’l fuq minn 300 talba ghall-informazzjoni pemezz ta’ l-e.mail, li minnhom tnejn biss ghadhom ma gewx issetiljati.
Il-pjanijiet tal-Ministeru f’dan il-qasam huma ambizzjuzi. Din il-gimgha hargu l-offerti ghal dak li qed jissejjah Social Policy Information Centre (SPIC). Dan il-Call Centre digitali ser jipprovdi taghrif u informazzjoni fuq is-servizzi tas-sigurtà socjali, permezz ta’ numru wiehed tat-telefon. Dan kollu huwa turija ta’ kemm l-informatika tista’ tintuza biex iggib qabza fil-kwalità tal-hajja tas-socjetà Maltija.
Is-servizzi ghall-anzjani u persuni b’dizabilità huma: il-Home Help, Meals on Wheels, Handyman Service, Telecare, Incontinence Service, Telephone Rebate, kif wkoll applikazzjonijiet ghad-dhul f’residenzi tal-Gvern fil-Komunità, f’San Vincenz De Paul, kif wkoll applikazzjoni ghall-attendenza fic-Centri ta’ matul il-Jum, kif wkoll fic-centri t’abilitajiet ghall-persuni b’dizabilità. Dan kollu jista’ jsir mill-Web Site tal-Gvern fuq: http://www.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN