Left arrow Mur Lura

2003 - IS-SENA EWROPEA TAL-PERSUNI B’DIZABILITÀ

PR751
Date Icon 28/05/2002

L-Unjoni Ewropea ddikjarat is-sena 2003 bhala s-sena Ewropea tal-Persuni b’Dizabilità u stiednet lill-membri taghha u l-pajjizi applikanti biex jiehdu l-mizuri kollha halli din is-sena tilhaq l-ghanijiet li ghaliha qed issir.

L-ghanijiet ta’ din is-sena huma:

Is-Socjetà kollha jkollha gharfien konkret

    • dwar x’inhi d-dizabilità;
    • li persuni b’dizabilità jistghu jaghtu kontribut siewi lis-Socjetà;
    • li hemm bzonn ta’ pjan konkret u li dan isir u jitwettaq bis-sehem shih tal-persuni b’dizabilità infushom.

Il-Gvern Malti accetta din l-istedina u waqqaf Kumitat Centrali biex jikkoordina l-hidma necessarja halli din is-sena thalli l-frott mixtieq. Dan il-kumitat hu kompost hekk:

    • zewg rapprezentanti tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità;
    • zewg rapprezentanti tal-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet ghall-Persuni b’Dizabilità;
    • rapprezentant tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma fis-Sahha Mentali;
    • rapprezentant tal-Federazzjoni Nazzjonali dwar is-Sahha Mentali.

Il-Kumitat Centrali qed jistieden lil kull organizzazzjoni f’pajjizna biex:

    1. torganizza attività /jiet ghal matul din is-sena;
    2. tiehu inizjattivi konkreti li joffru opportunitajiet indaqs lill-persuni b’dizabilità u l-familji taghhom u li dawn jibdew matul din is-sena.

Il-Kumitat qed jippjana li sa l-ahhar ta’ Ottubru 2002 jkun fassal dan il-programm ufficjali ta’ attivitajiet ghal din is-sena. Ghalhekk hu qed jistieden biex kull organizzazzjoni, li tixtieq taghti sehemha u tidhol f’dan il-programm, tibghat il-proposti taghha lill-Kumitat Centali sal-15 ta’ Ottubru 2002. Inizjattivi ohra wara din id-data jistghu jsiru però ma jkunux jistghu jigu kkunsidrati biex jidhlu fil-programm ufficjali.

Il-Kumitat Centrali lest li jghin lil dawk l-organizzazzjonijiet li jixtiequ jaghtu sehemhom biex jintlahqu l-ghanijiet ta’ din is-sena. Din l-ghajnuna tikkonsisti l-aktar f’konsultazzjoni u letteratura relevanti. Il-Kumitat ghandu fond zghir u ghalhekk jista’ jikkonsidra talbiet ghal ghotijiet zghar biex ikunu koperti xi spejjez li jistghu jsiru. Talbiet ghal din l-ghajnuna jridu jsiru lil dan il-kumitat sa l-ahhar ta’Lulju 2002. Il-Kumitat ma jistax jaccetta talbiet ghal ghajnuna finanzjarja biex isiru festini lill-persuni b’dizabilità.

Dan il-Kumitat jista’ jigi kkunttajat hekk:

Is-Sur Eugene Galea
Segretarju Ko-ordinattiv
Kumitat Sena Ewropea Persuni b’Dizabilità
c/o Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità

Tel 2124 5952; 2148 7789; 2144 8521

Fax: 2148 4609

Text telefon: 2144 6536

Email: pr@knpd.org

Web page: http://www.knpd.org

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow