IL-MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD Jieħu sehem f’laqgħa tal-FAO f’Ċipru
PR740
27/05/2002
Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd Ninu Zammit jinsab f’Ċipru fejn se jieħu sehem fit-23 Konferenza Reġjonali ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) li se ssir f’Nicosia, bejn nhar l-Erbgħa u l-Ġimgħa li ġejjin.
F’din il-laqgħa se jkunu diskussi fost l-oħrajn, is-sigurtà u l-kwalità fl-ikel u l-immaniġġjar sostenibbli ta’ l-art u r-riżorsi ta’ l-ilma.
Barra minn hekk, il-Konferenza se tiddiskuti l-qagħda ta’ l-ikel u l-agrikoltura fl-Ewropa kif ukoll il-mezzi kif jistgħu jissaħħu s-sigurtà u l-kwalità ta’ l-ikel fir-reġjun Ewropew.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN