Diskors mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Social, l-onor. Antoine Mifsud Bonnici, waqt il-Konferenza Generali Annwali tal-Ghaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti - Dar l-Emigrant, ValLetta - 25 TA' Mejju 2002
Fattur importanti tal-kwalità tal-hajja li qeghdin jghixu l-pensjonanti llum u li jridu jghixu fil-futur huwa zgur il-fattur finanzjarju - jigifieri l-pensjonijiet li qeghdin igawdu l-anzjani llum u li rridu nkunu zguri li jkomplu jgawduhom fil-futur. Nahseb din hi l-ikbar sfida li ghandu l-pensjonant ghall-futur. L-istess nistghu nghidu ghad-diversi beneficcji socjali li hafna anzjani jircievu u li jghinuhom jghixu hajja aktar komda u bla skossi. Ghall-pensjonant huwa importanti li l-pensjoni tal-gurnata jibqa' jkollha l-valur taghha meta tqisha fil-qafas ekonomiku - socjali tal-pajjiz kollu.
Meta wiehed jikkonsidra xi sfidi irid jiffaccja l-pensjonant fil-futur, wiehed irid izomm quddiem ghajnejh certi fatti li jezistu:
- Il-fattur demografiku; il-popolazzjoni anzjana li bhal issa tlahhaq madwar 17 % fi ftit snin ohra jigifieri fl-2020 - 2025 din ser tilhaq l-24 - 25 %. Dan ifisser li wiehed minn kull 4 membri tal-popolazzjoni jkun qabez is-60 sena u allura jkollu pensjoni;
- Hemm xi divergenzi xi tfisser veru l-welfare gap. Izda anke dawk li jsostnu li din ghandha tirrifletti d-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà socjali u l-hlas tal-pensjonijiet biss, xorta wahda fi zmien 20 sena ohra din il-gap ser tkun tezisti.
- Pajjizna ghandu quddiemu diffikultajiet kbar fil-finanzjament tal-Welfare minhabba zbalji fil-passat ta’ inefficjenza fit-tfassil ta' certi beneficcji u ligijiet socjali.
- Ghandha tinghata importanza ghar-rata ta’ l-inflazzjoni li tista’ tnaqqar mill-income tal-pensjonanti. Il-Purchasing Power veru tal-pensjonanti ghandu jigi salvagwardat.
- Is-sistema tas-sigurtà socjali qieghda tigi abbuzata kemm minn min ihaddem u kemm minn min jahdem.
Il-kwalità tal-hajja li jrid igawdi l-pensjonant fil-futur ser tkun tiddependi hafna fuq ir-riforma shiha li trid issir, mhux biss fil-qasam tal-pensjonijiet, izda fis-sistema kollha tal-Welfare. Huwa b'dan l-iskop li l-Gvern waqqaf kummissjoni biex tistudja r-riforma tal-welfare u li naturalment fil-brief taghha hemm inkluz li trid tissottometti rakkomandazzjonijiet fuq ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet fost hwejjeg ohra. Kummissjoni li trid tindirizza, tanalizza u thares il-futur tas-sistemi ta' beneficcji socjali fil-pajjiz. Process li ser jinvolvi l-imsiehba socjali kemm fis-settur privat kif ukoll pubbliku.
Il-Gvern jemmen li biex inpoggu l-pensjonijiet fuq bazi soda hemm bzonn li:-
- Ikollna ekonomija b'sahhitha u soda. U huwa dover ta' importanza ewlenija li naraw li dan isehh. Huwa ghal dan l-iskop li l-Gvern jaghti importanza lid-daqs tal-prodott nazzjonali; irid izid il-kwalità u l-kwantità ta’ l-istock kapitali; johloq izjed investimenti accessibli ghall-poplu; jikkontrolla l-inflazzjoni; jghin b'informazzjoni mehtiega lic-cittadini biex jiehdu decizjonijiet tajba fl-investimenti li jaghmlu; joffri edukazzjoni u training ahjar lic-cittadin; jghin fit-tnaqqis tal-qaghad u joffri access aktar facli ghal-labour market;
- Il-pensjoni ta’ l-istat ghandha tkun l-ewwel pedament fundamentali ghal pensjonant. Il-Gvern mhux ser jabdika qatt ir-responsabilità tieghu ghas-sigurtà socjali u ghalhekk jiggarantixxi dik is-safety net fil-qasam tal-pensjonijiet. Mill-banda l-ohra l-Gvern jemmen li jezisti fil-pajjiz certu consensus li hawn lok ghal Private Pensions li jistghu jghinu hafna fis-soluzzjoni ta' din il-problema fil-futur. Il-Gvern huwa kommess biex jassigura l-pensjoni kemm tal-generazzjoni prezenti kif ukoll tal-generazzjonijiet futuri. Madankollu irridu nimxu lejn ligi gdida tal-pensjonijiet li tassigura drittijiet (safety net) ghal kulhadd, filwaqt li tiehu hsieb il-bzonnijiet ta' dawk li l-aktar jinhtiegu.
- Il-Gvern irid jassigura li ser ikun f'pozizzjoni li jsostni l-programm ta' nfieq tieghu fis-snin li gejjin. Il-poplu jrid jifhem l-implikazzjonijiet tad-decizjonijiet li jridu jittiehdu llum jekk irridu nkomplu nsostnu l-pensjonijiet fil-futur. Dan jitlob li trid issir analazi rigoruza tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika attwali
X'riforma hemm bzonn?
- L-ewwelnett riforma fil-mentalità - irridu nimxu mill-welfare state ghall-welfare society, mid-drittijiet socjali ghad-dmirijiet socjali; l-istat ma jistax jaghmel dan wahdu.
Hemm zewg principji bazici fit-twettiq ta' programmi ta' welfare –
- il-komunità taccetta r-responsabilità biex tghin individwi fil-bzonn, inkluzi l-pensjonanti;
- l-individwu jaccetta r-responsabilità biex jghin lilu nnifsu biex ikun ta' inqas piz fuq haddiehor u jkun f'pozizzjoni li jghin lil haddiehor aktar fil-bzonn - il-kuncett tal-Welfare Society jew Caring Society;
- Ir-riforma fis-sistema tal-pensjonijiet trid issir f'ambitu aktar wiesgha ta' riforma fl-ghoti ta' beneficcji mill-istat; mhux pensions reform imma social security reform. Ghalhekk il-kummissjoni mwaqqfa mill-Gvern ghandha tikkunsidra l-aspetti kollha tal-welfare u mhux il-pensjonijiet biss.
- Riforma li tassigura li l-beneficcji jmorru ghand min l-aktar ghandu bzonn. Fattur importanti ghall-kagun tal-welfare gap huwa zgur l-abbuzi li jsiru mis-servizzi u l-beneficcji socjali. U dawn ghal detriment ta' dawk il-persuni li l-aktar ghandhom bzonn tal-ghajnuna ta’ l-istat.
- Riforma li timxi minn sistemi universali ghall-sistemi personalizzati. Huwa importanti li s-servizzi personalizzati li digà qeghdin jinghataw specjalment fil-qasam ta’ l-anzjani jkomplu jigu zviluppati u mtejjba biex inharsu dejjem il-principju tad-dinjità u l-umanità ta’ l-individwu.
- Riforma li tghaqqad il-politika ekonomika mal-politika socjali:-
i) Jekk kull ma naghmlu jkun li nassiguraw il-finanzjament tas-servizzi ezistenti, ma nkunu qed naghtu l-ebda kontribut ghat-titjib tas-servizzi u ghall-holqien ta' servizzi li jindirizzaw il-bzonnijiet reali ta' min l-aktar ghandu bzonn.
ii) Ir-redistribution of benefits ma jistax ikun biss ezercizzju ekonomiku - tal-calculator - imma wkoll ezercizzju socjali.
M'hemmx dubju li kull Gvern ghandu l-oggettiv li jsostni sistema vijabbli ta' pensjonijiet irrespettivament mill-ghazliet li jkollu jaghmel. L-aspett socjali ekonomiku jrid jigi studjat sewwa biex min ser jirtira jkollu garanzija ta' hajja decenti u komda.
Mill-banda l-ohra kull cittadin irid ikun imgharraf sewwa li jrid jaghmel kull ma jista' u jghin ruhu jekk irid li jilhaq l-aspettattivi tieghu u mhux jistrih biss fuq is-socjetà. Is-socjetà trid tiffaccja s-sitwazzjoni li dejjem qieghda tizviluppa fejn mhux biss in-numru ta' pensjonanti qieghed jizdied, izda wkoll l-apettattivi ghal kwalità ta' hajja dejjem ahjar qeghdin jizdiedu. Ghal dan il-ghan, kull min hu involut, jigifieri l-Gvern, min ihaddem, unions u haddiema kollha ghandhom rwol u responsabiltà li jizguraw li s-sistema tal-pensjoni tal-istat tkun sostenibbli u li jkun hemm alternattivi li jissupplementawha.
Il-Gvern irid li jattiva politika li tassigura li hu ma jkunx vittma tal-forzi demografici u finanzjarji, imma jkun Gvern pro-attiv li jilqa' ghall-isfidi ta' dinja li ghaddejja mill-process imghaggel ta' bidla socjali filwaqt li jassigura l-holqien ta' socjeta li fiha kulhadd ghandu sehem.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN