Il-Gvern iniedi s-servizz ta’ l-elicences
Dal-ghodu, gie inawgurat l-ewwel servizz tal-Gvern on-line, liema servizz jinkludi transazzjoni. Dan is-servizz huwa marbut mal-hlas tat-tigdid tal-licenzji tan-negozju b’mod elettroniku. Is-servizz tnieda illum mill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali l-Onor. Austin Gatt, fil-prezenza tal-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Josef Bonnici, u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo.
Dan is-servizz jaghti l-opportunità lin-negozjanti biex ihallsu l-licenzja tan-negozju taghhom mill-kumdità ta’ l-ufficcju taghhom, jew hanut, jew dar, 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgha. Is-servizz li tnieda llum, huwa l-ewwel wiehed li jinvolvi hlas lill-Gvern, u jista’ jigi offrut wara li l-investiment tal-Gvern, biex flimkien mal-e-shore kumpanija sussidjarja tal-Maltacom u l-Bank of Valletta, nieda l-payment gateway tieghu. Sadanittant dan is-servizz, jinkludi wkoll il-formoli kollha necessarji ghal kull min jkun irid jibda negozju.
Fid-diskors li ghamel il-Ministru Gatt sostna li din is-sistema kienet imnebbha minn ghadd ta’ principji u ghanijiet, fosthom:
- li ntejbu l-mod kif il-Gvern jipprovdi is-servizzi tieghu,
- jipprovdi access facli dwar informazzjoni marbuta mas-servizz pubbliku,
- jassigura l-oghla livell ta’ sigurtà u privatezza,
- li s-servizz jigi offrut minn diversi service delivery channels, f’dan il-kaz, l-internet u l-Kunsilli Lokali, u
- jiffacilita l-operat tal-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Gatt irrefera ghall-portal li tnieda mill-Prim Ministru l-gimgha li ghaddiet, u sostna li s’issa digà kien hemm 23,000 persuna li uzawh biex jaccedu ghal servizzi marbutin mal-Gvern. Huwa sahaq li s-servizz imniedi llum, ukoll ser ikun accessibbli permezz tal-portal www.gov.mt, fis-sezzjoni tas-servizzi tal-Gvern Elettroniku.
Il-Ministru Austin Gatt, filwaqt li habbar li dan is-servizz jista’ jigi uzat minn erbghin elf persuna li ghandha licenzja, qal li fil-gimghat li gejjin ser jinkorpora wkoll il-hlas tal-licenzji ta’ l-Awtorità Marittima Maltija, l-Awtorità dwar it-Trasport, kif ukoll l-Awtorità dwar it-Turizmu. "Fi tmiem dan il-process ta’ integrazzjoni, ser inkunu f’ pozizzjoni li noffru one stop shop lil attivitajiet kummercjali kollha licenzjati mill-Gvern.
Il-Ministru Gatt irrefera ghal-bidla u l-kuntrast li sehh f’dan is-servizz. "Ftit inqas minn hmistax-il sena ilu, taht Gvern precedenti, in-negozji tal-kummerc kienu mezz ta’ klijentelizmu, ghax kienu jinzammu f’idejn il-Ministru u kien ikun hu li jiddeciedi x’ghandu jsir jew le. Illum dan il-Gvern qed joffri servizz trasparenti u ’l boghod minn kull element ta’ korruzzjoni. Dan huwa xhieda tal-mod ta’ kif dan il-Gvern biddel lil dan il-pajjiz", temm jghid il-Ministru Gatt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN