TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ F' ĦAŻ-ŻABBAR
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta' l-Identità fil-lokalità ta' Zabbar minn nhar is-Sibt 25 ta' Mejju sa nhar il-Ħamis 20 ta' Ġunju, 2002. Ma jsirx tiġdid tal-karta ta' l-identità nhar il-Ġimgħa 7 ta' Ġunju u fil-Ħdud 26 ta' Mejju, 2, 9 u 16 ta' Ġunju. F'dan il-perjodu ma jkunx jista' jsir tiġdid għar-residenti ta' Żabbar fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt Valletta.
It-tiġdid tal-Karta ta' l-Identità ser isir fis-Sala tal-Kappillan, Pjazza Medjatrici. Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta' Żabbar. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta' l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta' l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta' l-Identità l-ġdida tkun tista' tiġi rtirata aktar 'l quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN