L-NGO CENTRE TA’ GĦAWDEX FIL-FIERA "IL-VOLONTARJAT"
Għall-ewwel darba, il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jipparteċipa fil-fiera “Il-Volontarjat” permezz ta’ l-NGO Centre. Dan iċ-ċentru f’Għawdex huwa uniku fil-gżejjer Maltin għaliex jipprovdi diversi servizzi lill-għaqdiet non-governattivi Għawdxin. Dan iċ-ċentru nfetaħ fis-sena 2000 bl-iskop li jgħin sabiex jiġu megħluba l-limitazzjonijiet li jiffaċċjaw l-għaqdiet.
Fost is-servizzi li joffri dan iċ-ċentru nsibu l-użu mingħajr ħlas ta’ l-uffiċini għal-laqgħat, photocopyservice kif ukoll il-facilità li l-istess għaqdiet ikollhom l-informazzjoni dwar l-għaqda tagħhom u l-attivitajiet li jkunu ser jorganizzaw fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex. L-NGO Centre riċentement ikkordina flimkien maċ-Ċentru għal Studji Avvanzati Sir M. A. Refalo, il-faċilità fejn studenti tal-kors Accounting Technician bdew joffru s-servizz ta’ accounting lil Għaqdiet bla ħlas.
Dan iċ-Ċentru jiftaħ sitt ijiem fil-ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.15a.m. ta’ filgħodu u t-8.15a.m. ta’ filgħaxija, u nhar ta’ Sibt mis-7.15a.m. san-12.30p.m. Madankollu jekk xi għaqda tkun tixtieq tagħmel użu mill-istess ċentru barra mill-ħin normali tal-ftuħ, l-uffiċjali responsabbli mit-tmexxija tiegħu jippruvaw illi kemm jista’ jkun jakkomodaw it-talbiet tal-pubbliku.
L-għaqdiet illi jkunu jixtiequ jagħmlu użu mis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru huma mitluba jagħmlu kuntatt permezz tat-telefon 21565492, fax 21565860 jew e-mail fuq l-indirizz ngocentregozo@magnet.mt
Il-Gvern preżenti jirrikonoxxi bis-sħiħ is-sehem qawwi ta’ dawn l-individwi li minbarra li mhux qed jitħallsu tax-xogħol tagħhom b’riżq is-soċjetà, qed jagħtu ħafna minn ħinhom, l-enerġija tagħhom, saħħithom u drabi oħra assistenza finanzjarja ukoll.
Il-Gvern preżenti għalhekk jemmen illi dawn l-għaqdiet għandhom jiġu mgħejuna b’mod dirett anke permezz ta’ skema fejn l-għaqdiet Għawdxin jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja. Matul dawn l-aħħar tlett snin il-Ministeru għal Għawdex ta Lm52,595 f’inċentivi lill-għaqdiet volontarji għall-ħidma tagħhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN