Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA B’REFERENZA GHALL-KONFERENZA STAMPA TAL-UHM DWAR L-AZZJONI INDUSTRIJALI TAX-XUFIERA TA’ L-AMBULANZI

PR722
Date Icon 23/05/2002

B’referenza ghal konferenza stampa mit-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-UHM ta’ nhar l-Erbgha 22 ta’ Mejju, id-Divizjoni tas-Sahha tafferma l-impenn taghha biex taghti l-ahjar servizz lill-pazjenti, fic-cirkostanzi kif jirrizultaw mill-azzjoni industrijali tax-xufiera ta’ l-ambulanzi. Kwalunkwe azzjoni li tittiehed mid-Divizjoni tas-Sahha mhix wahda mmirata biex tkisser l-azzjoni industrijali tax-xufiera, izda l-iskop uniku hu li jinghata servizz xieraq lill-pazjenti.

Id-Divizjoni tas-Sahha ma tistax tittollera li pazjenti, minhabba l-azzjoni industrijali, ma jigux trasferiti minn sptar ghal iehor, kif gara fil-kaz ta’ pazjent li kellu bzonn jittiehed mill-iSptar San Luqa ghal iSptar Boffa, biex jinghata trattament ghall-kancer.

Daqstant id-Divizjoni ma tistax izzomm fl-iSptar San Luqa pazjenti li jridu jittiehdu d-dar taghhom jew f’dar ta’ l-anzjani fuq stretcher; u jibqghu jokkupaw sodda li jkun hemm bzonnha ghat-trattament ta’ pazjenti b’kundizzjonijiet akuti. L-infieq ta’ flus f’cirkostanzi bhal dawn, huwa gustifikat, ghax huwa dirett biss lejn servizz lill-pazjent.

Ghar-rigward ta’ aktar tahrig, id-Divizjoni tas-Sahha hija dejjem lesta biex tikkonsidra u tippromwovi l-avvanz professjonali ta’ l-impjegati taghha. Tajjeb illi jinghad li fid-diskussjonijiet li kienu saru bejn il-UHM u l-Ministru tas-Sahha, proposta mill-Ministru biex ix-xufiera ta’ l-ambulanzi jigu mharrga ghal-livell ta’ paramedici, kif huma x-xufiera ta’ l-ambulanzi ta’ barra minn Malta, ma gietx milqugha mill-UHM.

Id-Divizjoni ssostni li kwalunkwe tahrig li jsir, ghandu jkun ghal beneficcju tas-servizz u finalment tal-pazjent; u mhux biss biex iservi bhala skuza fjakka biex jigi gustifikat hlas ta’ allowance.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow