Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JILTAQA’ MA GRUPP TA’ NEGOZJANTI DWAR IR-REGOLAMENTI L-GODDA

PR710
Date Icon 22/05/2002

"Bejjiegħ fit-triq jista’ jieqaf ibiegħ minn kull post, bħalma kien jista’ jagħmel qabel ma nbidlu r-regolamenti; u sakemm ikun qed ibiegħ, hadd ma jista’ jcaqalqu."

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo fid-diskors li ghamel meta reġa’ ltaqa’ ma’ numru ta’ bejjiegħa li ltaqgħu miegħu proprju, biex ikellmuh dwar il-regolamenti l-ġodda dwar il-licenzji tan-negozju.

Il-bejjiegħa fit-toroq jistgħu jew jieqfu u jbiegħu minn kull post bħalma kienu qegħdin jagħmlu qabel ma ħargu r-regolamenti, jew jieqfu f’post fiss u joqgħodu weqfin, bla biża li jkunu mċaqalqin mill-Pulizija. Illum jistgħu jagħmlu dan billi jħarsu numru ta’ kundizzjonijiet.

Sakemm bejjiegħ għandu l-klijenti qegħdin jixtru, l-bejjiegħ m’għandux ikun imċaqlaq mill-post jekk mhux għaliex ikun qed joħloq xi nkonvenjent għat–traffiku. Bħala street hawker, bejjiegħ fit-triq jista’ jieqaf u jbiegħ minn fejn irid u sakemm għandu l-klijenti jixtru, m’għandux ikun mitlub jiċċaqlaq.

Meta bejjiegħ tat-triq (street hawker) jiddeċiedi li joqgħod f’post wieqaf jistenna l-klijenti ġejjien, hu għandu dmir li jħares ir-regolamenti li jitolbuh li joqgħod sa 50 metru (walking distance) ‘l bogħod minn post kummercjali.

Għalhekk, din il-miżura tista’ tintuza kemm-il darba bejjiegħ tat-triq jiddeċiedi li jibqa’ wieqaf jistenna l-klijenti.

Din il-miżura li bejjiegħ joqgħod 50 metru (walking distance) ‘l bogħod mill-eqreb ħanut, ġiet introdotta biex tipproteġi lil tal-ħanut li huwa dejjem fiss u mhux bhal bejjiegħ, li jista’ jimxi u jiċċaqlaq.

Qabel il-bidu ta’ dan ix-xahar, li kien il-perjodu li fih din il-miżura ġdida ġiet fis-seħħ, kien kontra l-liġi li bejjiegħ fit-triq ikun jista’ jieqaf biex ibiegħ minn post fiss filwaqt li jistenna l-klijenti ġejjin għandu.

Bir-regolamenti, li bejjiegħ jista’ jieqaf u jbiegħ minn post fiss, hija kumdita’ u din tizdied mar-regolamenti li kienu diġa’ jeżistu. Dan ir-regolament huwa ta’ għajnuna lill-bejjiegħa biex jkunu jistghu jbiegħu b’aktar kumdita’.

Ir-regolamenti l-ġodda jagħtu wkoll l-opportunita’ lill-bejjiegħa fit-triq, li jbiegħu l-prodotti taghhom bhal ħaxix, hut u fjuri, nhar ta’ Hadd f’tourist localities; u dan sa’ l-10.00 p.m.

“Nifhem li sakemm dawn il-proceduri jindraw mill-Pulizija u mill-bejjiegħa jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet iżda dan kollu ser ikun suġġett li sejjer niddiskuti ma’ l-Ispetturi tal-Pulizija, fejn ser inkun qieghed niddiskuti dawn ir-regolamenti u affarijiet oħra li huma nklużi fl-Avviz Legali l-ġdid li għadu kemm ġie fis-seħħ mit-2 ta’ Mejju, 2002.”

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm il-laqgħa tiegħu billi awgura li dawn ir-regolamenti jkunu aktar magħrufa biex ikunu aktar imħadma tajjeb u b’hekk il-bejjiegħa jkunu jistgħu jgawdu, minn dawn il-kumditajiet il-godda li issa għandhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow