Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU F'LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU DANIŻ

PR705
Date Icon 22/05/2002

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, illum ħalla Malta għal żjara fid-Danimarka, fejn ser jkollu laqgħa u taħdidiet mal-Prim Ministru Daniż, Anders Fogh Rasmussen. F'din il-laqgħa, mistennija jiġu diskussi l-progress ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewġ pajjiżi. Il-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ser tgħaddi għand id-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2002.

Il-Prim Ministru ser jiltaqa' mal-Kumitat Parlamentari Daniż dwar l-Affarijiet Barranin u dwar l-Affarijiet Ewropej, u ser jindirizza l-Istitut Daniż għall-Affarijiet Internazzjonali (Danish Institute for International Affairs). L-indirizz tal-Prim Ministru ser jkollu bħala tema 'Malta and the EU : the Mediterranean Dimension in the next Enlargement.'

Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg ; iċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana u Josette Zerafa d-Direttur ta' l-Affarijiet Legali fid-Direttorat għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Fid-Danimarka ser jingħaqad mad-delegazzjoni l-Ambaxxatur ta' Malta għad-Danimarka, Carmel J Aquilina.

Il-Prim Ministru mistenni lura Malta tard il-lejla.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow