Left arrow Mur Lura

JIGU MNEDIJA L-EWWEL SERVIZZI TAL-M-GOVERNMENT FIX-XAHAR TA’ GUNJU

PR704
Date Icon 21/05/2002

"Qed ngharrfu nisfruttaw l-investiment li sar f’ pajjizna kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat biex minn Malta noholqu pajjiz, li diga qed jattira lejh l-interess ta’ pajjizi barranin." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta llum kien qed jitkellem waqt zjara li ghamel lill-kumpanija Go Mobile. Dr. Austin Gatt, fid-diskors tieghu, habbar ukoll li ix-xahar id-diehel, ser jibdew jigu mnedija is-servizzi tal-Gvern minn fuq it-telefon cellulari.

Tul din iz-zjara il-Ministru Gatt, gie imdawwar mal-bini tal-kumpanija kif ukoll, gie spjegat l-operat ta’ l-istess kumpanija. Dr. Gatt ghamel referenza ghal-fatt li f’dawn l-ahhar snin il-Gvern investa u bena l-infrastruttura necessarja biex jkollu qafas teknologiku b’sahhtu, dak li hu maghruf bhala l-magnet. Huwa kompla li tul dawn l-ahhar xhur kompla jsir aktar investiment f’dawk li huma ikkonsidrati bhala l-pilastri tal-Gvern Elettroniku. Dawn jinkludu l-Portal, l-Payment Gateway, kif ukoll il-qafas legali mehtieg. Intant, huwa kompla, li sa nofs is-sajf jkollna l-ahhar minn dawn il-pilastri f’ postu wkoll. Dan huwa l-mekkanizmu maghruf bhala Registration and Authentication.

Il-Ministru Gatt spjega wkoll, il-hidma li qed issir biex jigu identifikati mezzi alternattivi ta’ kif nipprovdu s-servizz. Fost dawn hemm it-telefon cellulari, li l-penetrazzjoni tieghu f’ Malta hija wahda kbira.

Dr. Gatt tkellem ukoll dwar l-isfida li ghandna quddiemna biex nara kif nuzaw il-mobile phone halli jkunu jistghu jsiru certi hlasijiet.

Il-Ministru Gatt ghamel referenza ghall-fatt li kien hemm interess minn pajjizi barranin fl-inzijattivi li qed jittiehdu Malta b’ mod partikolari fl-inizjattiva maltija tal-M-Government.

Dr. Gatt tenna li l-Gvern Malti ghandu fiducja, fil-poplu u l-haddiem Malti, bhal ma huma l-170 haddiem li hemm fil-kumpanija go mobile f’dan il-qasam, ghax il-Malti hu kapaci li jitghallem u jtejjeb dak li qed isir barra, kif ukoll johloq programmi, u inizjattivi li jpoggu lil Malta fuq quddiem.

Waqt li kien qed jindirizza lill-iStampa, il-Kap Ezekuttiv ta’ go mobile Prof. Juanito Camilleri qal li l-kumpanija ghamlet passi ta’ ggant fl-ewwel sena u nofs minn mindu bdiet topera.

Hu zied li bhalissa go mobile ghandha ‘l fuq minn 85,000 klijent attiv.

Tul iz-zjara tal-Ministru Gatt fl-ufficcji tal-kumpanija, giet inawgurata l-web site il-gdida ta’ go mobile li fiha l-informazzjoni kollha dwar is-servizzi u t-tariffi. Barra minn hekk, il-website ta’ go mobile (www.go.com.mt) fiha wkoll il-web portal my go li tinkludi ghadd ta’ servizzi u metodi ta’ kif wiehed jabbona ghal servizzi ta’ go mobile.

Kelliem iehor kien ic-chairman tal-Maltacom, is-Sur Maurice Zarb Adami, li fisser l-importanza tat-telefon cellulari anke f’ dik li hija inkluzjoni socjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow