Siltiet mid-diskors tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt it-tnehdija tar-rapport preliminari dwar l-izvilupp sostenibbli
Illum qed ikun imniedi r-rapport preliminarju tal-Gvern dwar l-izvilupp sostenibbli li jkejjel il-progress li ghamlet Malta fl-implimentazzjoni ta’ zvilupp sostenibbli, hekk kif ipproponut fil-Konferenza dwar l-Ambjent u Zvilupp li kienet saret f’Rio de Janiero ghaxar snin ilu.
Dan ir-rapport, dokument b’vizjoni ambjentali, qed ikun ipprezentat skond l-obbligi li ghandu l-Gvern ghas-Summit Dinji dwar l-Izvilupp Sostenibbli li ser isir f’Johannesburg, l-Afrika t’Isfel, iktar tard din is-sena.
Agenda 21, il-pjan ta’ azzjoni li ghandu jitwettaq fuq livell globali, nazzjonali u lokali minn Gvernijiet u organizzazzjonijiet f’kull qasam fejn il-bniedem ihalli impatt fuq l-ambjent u li kienet iffirmata minn 178 Gvern, fil-Brazil fl-1992, kellha effett posittiv fuq Malta; u serviet ta’ stimolu ghall-awtoritajiet biex jiehdu mizuri dwar rakkomandazzjonijiet li saru waqt is-Summit. Minn Rio sal-lum ittiehdu ghadd ta’ mizuri fosthom dawk legislattivi u ta’ tfassil ta’ policies biex tigi implimentata strategija holistika dwar kif ghandu jsir zvilupp sostenibbli f’pajjiz zghir bhal taghna.
Forsi wahda mill-iktar affarijiet importanti li sehhew f’dawn l-ahhar snin kienet iz-zieda kbira ta’ partecipazzjoni pubblika f’dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ l-ippjanar fil-pajjiz. Illum kulhadd jista’ jkollu access ghall-informazzjoni dwar l-ligijiet u policies li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-ippjanar. Mhux biss izda l-pubbliku jista’ jkun jara l-applikazzjonijiet ghall-permessi ta’ bini kollha, kemm permezz ta’ l-internet kif ukoll permezz tat-telefon. Hemm ukoll access ghal kull rapport li jinhareg mill-case officers, id-decizjonijiet kollha tal-Bord u informazzjoni dettaljata dwar kull enforcement notice.
Il-Gvern jemmen li l-access ghall-informazzjoni hija l-ikbar ghodda biex ikun hemm kontroll u uniformità fid-decizjonijiet li jittiehdu mill-Awtorità. Kif tistghu taraw xoghol sar, izda ghad irid isir iktar. L-ikbar sfida li ghandna illum hija dik li mwasslu u natwaw Agenda 21 fuq livell lokali.
Ir-rapport li qed ikun prezentat illum ghal konsultazzjoni pubblika thejja minn ghadd ta’ esperti bil-ghan li jipproduci analizi dettaljata u analitika ta’ l-inizjattivi li ha l-Gvern Malti biex jippromwovi u jaddotta zvilupp sostenibbli skond il-kriterji ta’ Agenda 21, juri n-nuqqasijiet f’dan ir-rigward u jipproponi l-mizuri li ghad iridu jittiehdu. Wara li ssir il-konsultazzjoni pubblika ir-rapport irid jigi aggornat biex jitwassal mill-Gvern Malti fis-Summit Dinji dwar l-Izvilupp Sostenibbli li ser isir fl-Afrika t’Isfel f’Settembru.
Ambjent b’sahhtu huwa essenzjali ghal prosperità u l-kwalità tal-hajja. Illum il-Maltin qed jesigu livell gholi ta’ protezzjoni ambjentali. Fil-waqt li zvilupp ekonomiku u z-zieda fil-prosperità jistghu izidu l-pressjoni fuq ir-rizorsi, standards ambjentali gholjin jistghu jixrupaw innovazzjonijiet u opportunitajiet kummercjali.
Is-socjetà illum trid tahdem biex tifred l-impatti ambjentali mit-tkabbir ekonomiku. L-industrija trid tadem b’sistemi iktar ambjentalment effikaci, jigifieri tipproduci l-istess izda b’inqas rizorsi u tiggenera inqas tniggiz u inqas skart. Mill-banda l-ohra, kull wiehed u wahda minnha jehtieg li tibdel l-istil tal-konsum taghha ghal wiehed iktar sostenibbli. F’kelma wahda trid tkun l-azzjoni ta’ l-istakeholders kollha biex zvilupp sostenibbli jkun possibbli. Il-Gvern irid jasal biex jibda jaghmel dan minn din is-sena stess bi programm strategiku li ghandu jsehh bil-partecipazzjoni u b’diskussjoni ma’ l-ghaqdiet mhux governattivi.
Nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom biex jithejja dan ir-rapport. Issa r-rapport qed jitpogga ghall-iskrutinju ta’ l-ghaqdiet kostitwiti, ghaqdiet volontarji u l-pubbliku in generali u hu mistenni li dawn jaghtu l-kumment u jressqu r-rakkondazzjonijiet taghhom biex dan id-dokument isir il-bibbja ta’ kif ghandu jimxi pajjizna fis-snin li gejjin biex nisguraw futur ahjar ghall-generazzjonijiet ta’ warajna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN