Malta tissieheb fil-European Environment Agency ta’ l-Unjoni Ewropea
Waqt laqgha li saret matul tmiem il-gimgha fid-Danimarka, Malta, flimkien mal-pajjizi kandidati l-ohra, issiehbet ufficjalment ma’ l-Agenzija Ewropea dwar l-Ambjent (European Environment Agency - EEA). Dan habbru is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino, li kien prezenti ghal-laqgha f’Copenhagen, waqt zjara li ghamel fil-mixtla li l-Fondazzjoni GAIA qed tmexxi f’Ghajn Tuffieha.
L-European Environment Agency twaqqfet mill-Unjoni Ewropea fl-1993 sabiex (i) isservi ta’ network ta’ informazzjoni u taghrif minn esperti ambjentali, (ii) tikkordina l-monitoragg u rappurtagg kontinwu tal-qasam ambjentali u (iii) toffri centru ta’ ricerka ghall-pajjizi msiehba.
L-Onor. George Pullicino sahaq li "l-possibiltà li Malta jkollha access ghal minjiera shiha ta’ informazzjoni u taghrif ambjentali hija ta’ importanza kbira biex jigi protett l-ambjent ta’ pajjizna."
Waqt iz-zjara tieghu fil-mixtla tal-Fondazzjoni GAIA, is-Segretarju Parlamentari Pullicino nghata taghrif dwar hidmet l-ghaqda f’dak li ghandu x’jaqsam mat-tnissil u tkabbir ta’ sigar indigeni u endemici biex ikunu jistghu jithawwlu f’diversi lokalitajiet f’Malta u Ghawdex. Minn mindu twaqqfet il-mixtla fl-1999, thawlu madwar 8,000 sigar u arbuxelli fl-inhawi ta’ Ghajn Tuffieha. Bhalissa fil-mixtla hemm 15,000 xitla u dan in-numru mistenni jitla’ ghal 25,000.
Ricentament inhareg il-permess biex impjant qadim tat-tisfija tad-drenagg li hemm vicin jnbidel f’Centru ta’ Informazzjoni Ambjentali mmexxi mill-Fondazzjoni GAIA, li ser jibda jaghti taghrif ambjentali lil diversi setturi tas-socjetà lokali kif ukoll lit-turisti.
Dawk li jzuru c-Centru ser ikunu jistghu jaraw progetti pilota f’biedja organika kif ukoll l-uzu ta’ energija mix-xemx u r-rih. Ic-Centru hu mahsub li jghin ukoll ghat-tkabbir ta’ l-eko-turizmu.
Waqt il-laqgha, li ghaliha kien hemm prezenti s-Sindku ta’ l-Imgarr, is-Sur Paul Vella, gew diskussi ukoll possibilitajiet ta’ progetti ohra bi shab bejn il-Fondazzjoni GAIA u l-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN