Left arrow Mur Lura

Pubblikat l-Abbozz dwar tibdil estensiv tal-Kodiċi Kriminali

PR689
Date Icon 17/05/2002

Mill-1 ta` Mejju, 2002 daħlu fis-seħħ l-emendi għall-Kodiċi Kriminali. Il-liġi tikkostitwixxi l-ikbar tibdil lil dan il-Kodiċi mill-1853 meta tfassal il-Kodiċi preżenti.

B'effett mill-1 ta` Mejju daħlu fis-seħħ dawn it-tibdiliet.

  1. Il-vittma sejkollha dritt li tkun preżenti f'kull stadju tal-proċeduri kriminali, anki jekk hi xhud. Se jkollha assistenza legali.
  2. Ġie introdott għall-ewwel darba ir-reat tal-kongura, "conspiracy", dana jfisser li l-fatt li jsir ftehim ċar li jitwettaq reat, fih innifsu jkun reat, barra minn dan kull min jifforma parti minn assoċċjazzjoni biex twettaq reati, ikun ħati ta` reat għall-fatt biss li jissieħeb f'għaqda bħal dik.
  3. It-traffikar illegali fil-persuni umani sar reat speċifiku, kastigat b'ħames snin ħabs (flok is-6 xhur tal-lum previsti fl-Att dwar l-Immigrazzjoni), u\jew multa ta` Lm 10,000. Ma tistax tingħata piena inqas minn hekk, jew sentenza sospiża. B'hekk tista` ssir estradizzjoni ta` persuni li jwettqu dar-reat.
  4. Ir-reat ta` użura qed jiġi introdott għall-ewwel darba. Il-kastig hu cioe` 18-il xahar ħabs , u\jew multa ta` Lm 15,000.
  5. Il-poteri speċjali ta` investigazzjoni, iffriżar ta` assi, u konfiska ta` propjeta` li tiġi mit-twettiq ta` reati, qed tiġi estiża għal kull reat kastigat b`iktar minn sena ħabs.
  6. Il-piena massima għal mewt minn inċidenti tat-traffiku qed tiġi rdoppjata minn sentejn għal erba` snin "priġunerija", meta jkun hemm disabilita, jew feriti gravi l-piena massima żdiedet minn 6 xhur għal sena ħabs.
  7. Ir-reati kollha ta` frodi qed jingħatalhom kastig ikbar biex il-kastig jersaq eqreb lejn dak ta` serq.
  8. Meta Qorti jew ġuri jsibu li omiċidju volontarju kien dovut għal "furia di sangue", qed tiġi ntrodotta għall-ewwel darba piena minima, barra minn hekk, biex jintlaħaq tali verdett, il-ġuri jew il-Qorti iridu jkunu konvinti li ma kienx hemm "intenzjoni magħmula li wieħed joqtol".
  9. Għall-ewwel darba se jiġi ntrodott ir-reat tat-tixrid ta` mibgħeda razzjali. Kull aġir li b`xi mod joħloq dil-mibgħeda qed jiġi kkonsidrat bħala reat.
  10. Meta l-awtoritajiet Maltin jiddeċiedu li ma jibagħtux lura persuna lejn pajjiż ieħor biex jiġu proċessat hemm, alllura l-Qrati Maltin ikollhom id-dritt li jipproċessawha huma għar-reat li jkun sar barra minn Malta (il-prinċipju ta` "aut dedere aut judicare"),dana qed isir sabiex ħadd ma jaħrab mill-ġustizzja li ħaqqu għar-reat li jwettaq.
  11. Meta id-Difiża tattakka l-karattru ta` xhud tal-Prosekuzzjoni 'a bażi' ta` preċedenti kriminali, il-Prosekuzzjoni tkun tista` tagħmel l-istess dwar l-akkużat.
  12. Persuni li fil-każ ta` serq jew frodi jagħtu informazzjoni biex jinkixfu l-kompliċi, jew li jagħmlu tajjeb għal ħsara, jingħataw tnaqqis tal-piena. Dana ma japplikax f'każijiet ta` serq bi vjolenza jew kontra l-anzjani.
  13. Qed tiġi mtejba w riformata l-liġi dwar il-liberta` provvisorja sabiex (a) kull persuna tista` titlob li tinħeles minn taħt l-arrest sa mill-ewwel seduta, anki mingħajr, il-bżonn ta` rikors bil-miktub (b) il-Maġistrat jista` dejjem jordna l-ħelsien immedjat mill-arrest, jekk id-detenzjoni ma hix skond il-liġi.
  14. Filwaqt li l-perjodu ta` arrest preventiv se jibda jitnaqqas awtomatikament minn kull sentenza ta` priġunerija, din tista` titnaqqas biss darba u minn sentenza waħda f'każ li persuna tkun qed isservi aktar minn sentenza waħda ta` ħabs.
  15. Ser ikun reat li wieħed b'intezjoni jew bi traskuraġni kbira jittrasmetti lil ħaddieħor xi mard infettiv serju.
  16. L-aggravju għal reati fuq l-anzjani qed jiġi estiż għal kull vittma li tkun għalqet 60 sena. Qabel l-aggravju kien japplika biss meta il-vittma tkun għalqet 65 sena.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow