Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tal-Intern jiftah il-Maratona mill-Qalb

PR688
Date Icon 17/05/2002

Il-Ministru ta’ l-Intern Dr. Tonio Borg dal-ghodu attenda ghall-ftuh ufficjali tal-Maratona mill-Qalb li qed tigi organizzata mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Din l-attivita` li qed issir bl-iskop li jingabru l-flus b’risq id-Dar tal-Providenza, se tibqa' sejra sa nhar il-Hadd u l-pubbliku huwa mistieden li jattendi bi hgaru, sabiex jara l-membri tad-Dipartiment fl-azzjoni waqt id-dimostrazzjonijiet li se jsiru matul dawn il-jiem, u fuq kollox billi jaghti d-donazzjonijiet. Il-flus li jingabru se jintuzaw biex ghadd ta’ residenti fid-Dar tal-Providenza li ghandhom problemi ta’ mobilità jkollhom l-opportunità li jmorru pellegrinagg f’Lourdes.

Il-Ministru ta’ l-Intern Dr Tonio Borg, f'kelmtejn qosra li ghamel fic-cerimonja tal-ftuh, li ghaliha attenda wkoll l-agent president tar-Repubblika l-ET Dr George Hyzler, irringrazzja u fahhar lill-membri tad-Dipartiment ta’ l-attività filantropika li qed jorganizzaw.

"Niehu pjacir hafna nara lil dan id-Dipartiment jestendi l-ghajnuna li jaghti lil dawk li jsibu ruhhom f’diffikultajiet minhabba xi incident, ghal dawk il-persuni fil-bzonn tal-finanzi u ta’ l-attenzjoni taghna," qal il-Ministru Borg.

Huwa kompla jghid li l-ispirtu ta’ solidarjetà li qed juru l-membri tad-Dipartiment huwa turija ta’ kemm il-bniedem, go fih ghandu l-istint li jghin lil haddiehor kull meta xi hadd ikun fil-bzonn. Huwa fakkar fit-tragedja tal-11 ta’ Settembru fejn ghadd ta’ nies pajzana tilfu hajjithom fl-isforzi taghhom biex isalvaw il haddiehor. "Wara dawk l-avvenimenti koroh fejn rajna wkoll hafna haddiema tat-tifi tan-nar iwettqu xoghol mill-aktar riskjuz, kienu hafna dawk li applikaw biex jissiehbu fl-iskwadri tat-tifi tan-nar," qal il-Ministru Borg.

Fid-diskors tieghu, il-Ministru Borg heggeg lill-pubbliku biex jattendi ghal din il-maratona, biex apparti li juri l-generozità li bhala poplu huwa maghruf ghaliha, ikun qed jghid lid-Dipartiment biex ikabbar il-koxjenza tal-pubbliku dwar materji li ghandhom x’jaqsmu mas-sahha u s-sigurtà.

Bhal dejjem f’attivitajiet bhal dawn, qed jiehdu sehem ukoll ghadd ta' organizzazzjonijiet volontarji bhas-Socjeta` Maltija tas-Salib l-Ahmar, is-St John Rescue Corps, u r-Royal Life Saving Society fost ghaqdiet non-governattivi ohra.

Il-Ministru Borg sellem lil dawn l-ghaqdiet u ddeskirivihom bhala kuluri fil-muzajk ta’ solidarjetà tal-poplu Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow