Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada jagħmel żjara f’xi skejjel f’Għawdex
Uffiċjali mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada, illum għamlu żjara f’xi skejjel f’Għawdex. Il-Fondazzjoni twaqqfet fis-sena 2001 bl-iskop li twettaq proġett ta’ investiment fil-bini u l-immodernizzar ta’ l-iskejjel tal-Gvern skond kif indikat fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.
Id-delegazzjoni żaret l-iSkola Sekondarja u Junior Lyceum tas-Subien Ninu Cremona fir-Rabat u l-iskejjel Primarji tar-Rabat, tax-Xewkija u tan-Nadur.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Dr Conrad Thake, flimkien mas-Sur Joseph Magro, Vice Chairman, kif ukoll is-Sur Alfred Ferrante u is-Sur Carmel Sciberras, Chief Executive u Projects Co-ordinator tal-Fondazzjoni rispettivament, kienu akkumpanjati mill-Michael A. Cassar, Assistent Direttur għal Għawdex.
Huma iltaqgħu mal-kapijiet ta’ l-iskejjel rispettivi, daru l-iskejjel kif ukoll żaru xi klassijiet.
Dan l-eżerċizzju sar bil-ħsieb li l-Fondazzjoni tieħu ħsieb ukoll testendi x-xogħol tagħha fost l-iskejjel Għawdxin u dan barra x-xogħlijiet konsiderevoli li qed isiru f’ħafna mill-iskejjel f’Għawdex fuq l-inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN