Left arrow Mur Lura

TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITÀ: KALKARA U SAN GWANN

PR681
Date Icon 17/05/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta' l-Identità f' dawn il-lokalitajiet:

Kalkara: bejn it-Tnejn 20 u l-Ġimgħa 24 ta' Mejju, 2002

Skola Primarja tal-Gvern, Patri Wistin Born, O.P.Triq Santa Filomena


San Gwann:bejn it-Tlieta 21 ta' Mejju u l-Erbgħa 12 ta' Gunju, 2002

Skola Primarja tal-Gvern 'A' Vjal ir-Riħan


F'dan il-perjodu ma jkunx jista' jsir tiġdid għar-residenti tal-Kalkara u ta' San Gwann fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt Valletta.

Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tigdid tal-Karta ta' l-Identita' il-Ġimgha 7 ta' Ġunju u fil-Ħdud 26 ta' Mejju u fit-2 u 9 ta' Gunju, 2002.

Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta' dik il-lokalità partikolari. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta' l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identità l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta' l-Identità.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta' l-Identita' l-ġdida tkun tista' tiġi rtirata aktar 'l quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow