Appell biex l-Industrija tikkontribwixxi ghal Fond Ambjentali
Il-Gvern jixtieq jinvolvi lill-Industrija lokali meta jitwaqqaf il-‘Fond Ambjentali’ kif stipulat fil-Ligi dwar il-Harsien ta’ l-Ambjent. Dan habbru s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt laqgha li kellu ma’ ufficjali tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija.
Il-Perit George Pullicino spjega li l-flus migbura minn kull multa f’kazi ta’ hsara lill-ambjent, ser jibdew jitqieghdu f’dan il-fond ambjentali. Huwa appella lill-azjendi industrijali lokali biex jikkontribwixxu f’dan il-fond ambjentali billi joffru persentagg zghir mill-qliegh taghhom ghal dan il-fond.
Meta tkellem dwar l-amalgamazzjoni bejn id-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent u l-Awtorità ta’ l-Ippjanar f’dik li issa saret maghrufa bhala l-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), is-Segretarju Parlamentari semma tlett ragunijiet principali. Dawn kienu biex jigu uzati bl-ahjar mod ir-rizorsi umani limitati li ghandu l-pajjiz, il-fatt li l-uzu ta’ l-art ghandu effett fuq l-ambjent u jaghmel sens li l-infurzar tal-ligijiet f’dak li jirrigwarda l-ambjent ikun iktrar koordinat. Il-prijoritajiet ghal din is-sena huwa li jigu mpjegati iktar nies u jinghata t-tahrig mehtieg biex dawn ikunu jistghu jaqdu d-dmirijiet taghhom bl-iktar mod efficjenti.
Il-Perit George Pullicino semma wkoll li c-Chairperson tal-Kumitat dwar l-Ambjent, is-Sahha Pubblika u l-Affarijiet tal-Konsumatur tal-Parlament Ewropew Caroline Jackson, ipproponiet li Malta tinghata s-somma ta’ 12-il miljun Euro, specifikament ghall-progetti ambjentali.
Waqt il-laqgha gew diskussi ukoll diffikultajiet li tiltaqa’ maghhom l-industrija fl-applikazzjonijiet ghall-izvilupp. Is-Segretarju Parlamentari qal li bit-twaqqif tal-Major Projects Team, il-process ta’ l-iprocessar ta’ applikazzjonijiet thaffef sew, izda xorta jista’ jkun li ghad fadal dewmien fuq applikazzjonijiet minn intraprizi zghar. Ghal dan il-ghan huwa ippropona li jkun hemm iktar kuntatt mill-qrib bejn l-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-Federazzjoni ta’ l-Industrija biex jigu identifikati dawn id-diffikultajiet.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN