PREZENTAZZJONI TAR-RAPPORT ANNWALI TAL-KUNSILL MALTI GHALL-ISPORT
Bil-politika ta` ghajnuna u shubija ma’ l-Assocjazzjonijiet Sportivi Nazzjonali, u organizzazzjonijiet Nazzjonali bhal Kunsill Malti ghall-iSport u l-kumitat Olimpiku Malti, qeghdin ikunu ndirizzati l-htigijiet li kien hawn fl-isport, htigijiet bhal:-
- Nuqqas ta` fondi ghall-amministrazzjoni
- Nuqqas ta` fondi ghall-preparazzjoni ta` l-atleti elite
- Nuqqas ta` facilitajiet ghall-amministrazzjoni jew loghob
- Nuqqas ta` fondi ghat-turizmu sportiv
- Nuqqas ta` fondi ghall-programmi ghall-edukazzjoni sportiva.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni l-Onor. Jesmond Mugliett, meta kmieni llum wara nofsinhar attenda ghall-prezentazjoni tar-Rapport Annwali tal-Kunsill Malti ghall-iSport.
"Il-Kunsill Malti ghall-iSport qieghed jiehu fuqu r-rwol mhux biss ta` korp li jaghti l-pariri izda wkoll dak ta` amministratur, li flimkien mal-hafna ghaqdiet u Assocjazzjonijiet Sportivi li ghandna f`pajjizna, qed jghinu sabiex titkattar il-partecipazzjoni sportiva u jkunu mmexxija ahjar il-facilitajiet sportivi".
Il-Perit Mugliett zied jghid ukoll li l-Gvern minn dejjem gharaf il-htiega li jkunu l-ghaqdiet sportivi stess li jamministraw il-facilitajiet taghhom, u permezz ta` l-istess Kunsill Malti ghall-iSport, qieghed jghaddi t-titoli legali tal-artijiet u facilitajiet lil madwar 35 Ghaqda jew Assocjazzjoni
Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll dwar il-politika ta` ghajnuna finanzjara lill-Assocjazzjonijiet Sportivi. Il-fatt li l-Assocjazzjonijiet qeghdin ihossu li jehtiegu aktar ghajnuna jirrifletti hidma akbar mill-istess Assocjazzjonijiet. Matul dawn it-tlett snin, il-Gvern zied l-ghajnuna diretta lill-Assocjazzjonijiet ghal madwar Lm60,000 fis-sena. L-istess Assocjazzjonijiet qeghdin igawdu minn allokazzjonijiet li johorgu mill-Kumitat Olimpiku Malti minn fondi mghoddija mill-Gvern. "Daqs kemm hu mehtieg li l-fondi jkunu sostanzjali daqstant iehor jehtieg li dawn ikunu regolari – sabiex l-Assocjazzjonijiet ikunu jistghu jippjanaw", qal is-Segretarju Parlamentari.
Il-Perit Mugliett ta rendikont dwar fejn wasal il-programm ta` zvilupp ta` facilitajiet. Programm li wkoll qieghed jghin ghaliex l-ghaqdiet qeghdin isibu facilitajiet minn fejn imexxu l-amministrazzjoni u fejn jorganizaw il-loghob.
- Il-Multipurpose Hall tal-Universita` mistennija tkun inawgurata fid-19 ta` Lulju 2002.
- Fis-sajf li gej mistenni jsir ix-xoghol ta` resurfacing tat-track tal-atletika fil-Marsa u bini tal-ewwel fazi ta` facilitajiet ohra.
- Il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera huwa skedat li jitlesta f`Marzu tal-2003.
- Il-bini fuq il-Kumpless tal-Karwija mistenni jibda fil-bidu tas-sena d-diehla.
- Id-disinn tal-Kumpless tal-Qawra mistenni jibda fi ftit xhur ohra.
Matul l-attivita` tal-lum, saret prezentazzjoni wkoll tal-Youth Internet Portal gdid li ghaqdiet sportivi u taz-zghazagh jistghu juzaw sabiex jaghmlu l-website taghhom u kif ukoll sabiex ikunu jistghu jorganizzaw chat forums fuq suggetti li l-aktar jolqtuhom. Saret ukoll prezentazzjoni ta` ghajnuniet lill-Assocjazzjoni Sportivi u Ghaqdiet ohra.
Ghal prezentazzjoni tar-Rapport Annwali attendew rapprezentanti minn diversi ghaqdiet sportivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN