Left arrow Go Back

Careers Convention 2002

PR663
Date Icon 15/05/2002

Bejn l-Erbgħa 15 u l-Ġimgħa 17 ta' Mejju, fil-kumpless Bay Street, San Ġiljan se ssir it-13-il edizzjoni tal-Careers Convention. L-iskop ewlieni ta' din l-attivita' hu li dawk kollha li jattendu jingħataw informazzjoni dwar l-opportunitajiet eżistenti fil-qasam tat-taħriġ u l-karrieri.

Fil-kumpless Bay Street se jkun hemm numru ta' stands u attivitajiet oħra dwar aspetti differenti fil-qasam tal-karrieri lill-gruppi varji. Dan isir permess ta' seminars, drama, diskussjonijiet u fora. Hu maħsub li l-attivitajiet isiru b'mod ħaj u interattiv. Hu ttamat li l-Careers Convention isservi mhux biss biex tingħata l-informazzjoni, imma wkoll biex titqajjem "awareness" dwar il-ħiliet u x-xejriet personali ta' l-individwu u kif dawn jissarfu fid-dinja tax-xogħol.

Il-Careers Convention se ssir fuq tliet livelli tal-kumpless:-

  • Fl-ewwel livell se jkun hemm simulazzjoni ta' kamra ta' lukanda u restaurant, fejn l-istudenti jkunu jistgħu jistaqsu domandi u jitkellmu dwar il-karrieri fl-oqsma ta' l-ospitalita' u l-catering.
  • Fl-istess livell, fl-Artisan Centre, se jkun hemm stands ta' l-iskejjel li qed jipparteċipaw fl-iScoops u stand b'informazzjoni dwar il-karrieri fl-oqsma tal-hairdressing u beauty therapy.
  • Fit-tieni livell se jkun hemm numru ta ħwienet fejn l-istudenti se jkunu jistgħu jitkellmu mal-ħaddiema u min iħaddem. F'dan il-livell l-istudenti jkunu jistgħu jaraw x'jinvolvi l-qasam tas-self-employed u tax-xogħol fil-ħwienet (retail). Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija – MCAST, se jkun f'dan il-livell biex jagħti tagħrif dwar l-oqsma vokazzjonali u l-korsijiet ġodda li hemm f'dan il-kulleġġ, b'mod partikolari l-qasam ta' l-Informatika.
  • Fil-livell ta' fuq se jkun hemm numru ta' attivitajiet interattivi fejn permezz tad-drama dawk li jattendu jkunu jistgħu jaraw x'inhuma l-opportunitajiet li għandhom quddiemhom minn lenti differenti. Se jkun hemm ukoll numru ta' sessjonijiet interattivi dwar il-karrieri li hemm fil-qasam tad-divertiment u l-kommunikazzjoni.

Filwaqt li l-iskejjel se jkunu qed jieħdu lill-istudenti tar-raba' u l-ħames klassijiet tal-livell sekondarju, il-Careers Convention se tkun ukoll miftuħa fil-għaxija biex il-ġenituri jkunu jistgħu imorru mat-tfal tagħhom. Se jkun hemm ukoll sessjonijiet apposta għall-ġenituri.

Waqt il-Careers Convention se jkun hemm servizz ta' counselling għall-istudenti mill-counsellors tal-Guidance and Counselling Unit.

Waqt il-ftuħ tal-Careers Convention, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea qal li filwaqt li hu importanti ferm li wieħed ikollu idea tal-karriera li jixtieq isegwi, l-esperjenza edukattiva ma tridx tkun limitata biss biex l-istudent jikseb xi kwalifiki għal xi job jew ieħor, imma trid tkun esperjenza li tagħti lill-istudent l-għodod bażiċi biex bihom ikun jista jkompli jitħarreġ u jibqa rilevanti fid-dinja tax-xogħol.

Il-Ministru Louis Galea qal li bħalissa qed issir diskussjoni fil-qasam edukattiv lokali u fl-Ewropa dwar kif nistgħu nibdlu l-istrutturi edukattivi tagħna b'mod li joffru aktar opportunitajiet biex wieħed ikompli jitħarreġ u jiżviluppa l-ħiliet tiegħu tul il-ħajja. Il-Ministru tenna li l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna diġa qed jinbidlu, kemm il-Kurrikulu Nazzjonali, kif ukoll l-MCAST kienu iddiżinjati fuq dan il-kunċett. L-Universita’ wkoll qed tagħmel dan il-proċess ta' bidla.

Il-Ministru ħeġġeġ lill-ġenituri biex filwaqt li jinvolvu ruħhom fl-għażla li jagħmlu t-tfal tagħhom dwar il-karriera li jridu jsegwu, jaraw li ma jkunux huma li jieħdu d-deċiżjoni għalihom. Il-Ministru temm jgħid li l-Careers Convention mhix l-unika opportunita' li għandhom il-ġenituri u l-istudenti biex jiksbu informazzjoni dwar il-karriera li jridu jsegwu l-istudenti. Il-Ministru qal li min ikun irid jikseb aktar informazzjoni għandu jitkellem ma' l-għalliema u l-kapijiet ta' l-iskola u fejn hemm bżonn mal-counsellors u l-guidance teachers.

Il-Careers Convention se tkun miftuħa bejn id-9.00 ta' filgħodu u s-2.00 ta' wara nofinhar u bejn is-6.00 u d-9.00 ta' filgħaxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow